Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2010J0001

    Sentenza tal-Qorti tal- 10 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża E-1/10 – Periscopus AS v Oslo Børs ASA u Erik Must AS (Id-Direttiva 2004/25/KE – Akkwist ta’ kontroll – Offerta mandatorja – Aġġustament tal-prezz tal-offerta – Ċirkostanzi u kriterji ddeterminati b’mod ċar – Referenza għall-prezz tas-suq)

    ĠU C 141, 12.5.2011, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 141/13


    SENTENZA TAL-QORTI

    tal-10 ta’ Diċembru 2010

    fil-Kawża E-1/10

    Periscopus AS v Oslo Børs ASA u Erik Must AS

    (Id-Direttiva 2004/25/KE – Akkwist ta’ kontroll – Offerta mandatorja – Aġġustament tal-prezz tal-offerta – Ċirkostanzi u kriterji ddeterminati b’mod ċar – Referenza għall-prezz tas-suq)

    2011/C 141/13

    Fil-Kawża E-1/10 bejn Periscopus AS u Oslo Børs AS u Erik Must AS – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja minn Oslo tingrett (il-Qorti Distrettwali ta' Oslo), in-Norveġja, dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(4) tad-Diretiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar offerti ta' xiri, kif adattata għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu, il-Qorti, komposta minn Carl Baudenbacher, President u Imħallef-Rapporteur, Thorgeir Örlygsson u Henrik Bull, Imħallfin, taw is-sentenza tagħhom fl-10 ta’ Diċembru 2010, li l-parti operattiva tagħha hi kif ġej:

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar offerti ta' xiri jeskludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tistipula li l-prezz li għandu jiġi offrut f’offerta mandatorja għandu jiġi aġġustat biex ikun mill-anqas għoli daqs il-“prezz tas-suq” f’sitwazzjonijiet fejn ikun ċar li l-“prezz tas-suq” ikun ogħla mill-prezz ikkalkulat skont ir-regola ewlenija stipulata skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4), mingħajr aktar kjarifika tat-terminu “prezz tas-suq”. B’mod partikolari, hija meħtieġa aktar kjarifika dwar il-perjodu ta' żmien relevanti biex wieħed ikun jista' jiddetermina il-“prezz tas-suq”, jekk il-“prezz tas-suq” għandux jew le jiġi kkalkolat abbażi ta’ medja bbażata fuq il-volum, u jekk il-kummerċ attwali hux neċessarju jew inkella ikunux biżżejjed ordnijiet ta’ bejgħ jew xiri sabiex jiġi stabbilit il-“prezz tas-suq”.


    Top