Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2009P0004

    Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA mill-Beschwerdekommission der Finanzmarktaufsicht datata s- 27 ta’ Marzu 2009 fil-każ ta’ Inconsult Anstalt v Finanzmarktaufsicht (Kawża E-4/09)

    ĠU C 208, 3.9.2009, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 208/5


    Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA mill-Beschwerdekommission der Finanzmarktaufsicht datata s-27 ta’ Marzu 2009 fil-każ ta’ Inconsult Anstalt v Finanzmarktaufsicht

    (Kawża E-4/09)

    2009/C 208/05

    Saret talba lill-Qorti tal-EFTA permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Marzu 2009 mill-Beschwerdekommission der Finanzmarktaufsicht (il-Kummissjoni tal-Appelli tal-Awtorità tas-Suq Finanzjarju), li waslet għand ir-Reġistru tal-Qorti fl-14 ta’ April 2009, għal Opinjoni Konsultattiva fil-każ ta’ Inconsult Anstalt v Finanzmarktaufsicht, dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

    (1)

    Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 2(12) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni f’dak li jirrigwarda l-kriterji li jiddefinixxu lill-websajt bħala “mezz durabbli”?


    Top