This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2002G0002
2002/2/: Decision of the Standing Committee of the EFTA States No 2/2002/SC of 30 May 2002 on public access to EFTA documents
Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti ta' l-Istati ta' l-EFTA Nru 2/2002/SC tat- 30 ta' Mejju 2002 dwar l-aċċess tal-pubbliku għal dokumenti ta' l-EFTA
Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti ta' l-Istati ta' l-EFTA Nru 2/2002/SC tat- 30 ta' Mejju 2002 dwar l-aċċess tal-pubbliku għal dokumenti ta' l-EFTA
ĠU L 98, 6.4.2006, pp. 76–79
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, pp. 565–568
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2005; Imħassar b' E2005G0003
|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
565 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI TA' L-ISTATI TA' L-EFTA
Nru 2/2002/SC
tat-30 ta' Mejju 2002
dwar l-aċċess tal-pubbliku għal dokumenti ta' l-EFTA
IL-KUMITAT PERMANENTI TA' L-ISTATI TA' L-EFTA
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-dokumenti ta' l-EFTA li ġejjin li għandhom x'jaqsmu maż-ŻEE huma pubbliċi:
|
— |
Il-Ftehim taż-ŻEE |
|
— |
Il-Verżjoni Konsolidata ta' l-Annessi u l-Protokolli għall-Ftehim taż-ŻEE |
|
— |
Is-Supplement taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali |
|
— |
Il-Lista tad-Deċiżjonijiet adottati tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE |
|
— |
Notifikazzjonijiet mistennija taħt l-Artikolu 103 |
|
— |
Il-lista tas-Celex |
|
— |
Id-dokumenti ta' informazzjoni dwar programmi magħżula fil-qasam tas-Sottokumitat IV |
|
— |
Il-programm ta' ħidma tal-Presidenza ta' l-EFTA |
|
— |
Ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-ŻEE |
|
— |
L-opinjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv ta' l-EFTA |
|
— |
Ir-riżoluzzjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv taż-ŻEE |
|
— |
L-aġendi tal-Kunsill taż-ŻEE |
|
— |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill taż-ŻEE |
|
— |
L-aġendi tal-Kumitat Permanenti ta' l-EFTA |
|
— |
Il-konklużjonijiet tal-Kumitat Permanenti ta' l-EFTA |
|
— |
L-aġendi u l-minuti tal-Kumitat Parlamentari ta' l-EFTA |
|
— |
L-aġendi u l-minuti tal-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-ŻEE |
|
— |
L-aġendi u l-minuti tal-Kumitat Konsultattiv ta' l-EFTA |
|
— |
L-aġendi u l-minuti tal-Kumitat Konsultattiv taż-ŻEE |
|
— |
Osservazzjonijiet ŻEE-EFTA |
|
— |
L-aġendi tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE |
|
— |
Il-minuti tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea) |
|
— |
Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE |
|
— |
Ir-Rapport Annwali tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE |
|
— |
Listi ta' proposti għal leġiżlazzjoni tal-KE li tista' tkun ta' relevanza għall-Ftehim taż-ŻEE (“l-acquis fi stadju ta' żvilupp” tal-KE) |
|
— |
Listi ta' leġiżlazzjoni adottata tal-KE li qed jiġi kkunsidrat l-inkorporazzjoni tagħha fil-Ftehim taż-ŻEE |
|
— |
Statistika li għandha x'taqsam maż-ŻEE maħruġa mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika ta' l-EFTA |
|
— |
Id-dokumenti l-oħra kollha li għandhom x'jaqsmu maż-ŻEE u li m'humiex klassifikati bħala kunfidenzjali |
Artikolu 2
1. Għad-dokumenti ta' l-EFTA li għandhom x'jaqsmu maż-ŻEE u li m'humiex imniżżla fl-Artikolu 1 għandhom japplikaw il-prinċipji deskritti fl-intestaturi “DOKUMENTI OĦRA TA' L-EFTA” u “KIF JINKISEB AĊĊESS PUBBLIKU GĦAD-DOKUMENTI L-OĦRA TA' L-EFTA” fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-EFTA Nru 2 ta' l-1997 (“LINJI GWIDA GĦALL-AĊĊESS PUBBLIKU GĦAL DOKUMENTI TA' L-EFTA”), approvati mill-Kumitat Permanenti fis-27 ta' Ġunju 1997.
2. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-EFTA Nru. 2 ta' l-1997 u l-Anness għaliha huma annesi ma' din id-deċiżjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.
Magħmul fi Brussell, nhar it-30 ta' Mejju 2002.
Għall-Kumitat Permanenti
Il-President
Gunnar Snorri GUNNARSON
Is-Segretarju-Generali
William ROSSIER
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Nru 2 ta' l-1997
(Adottata fid-9 laqgħa fit-18 ta' Ġunju 1997)
LINJI GWIDA GĦALL-AĊĊESS TAL-PUBBLIKU GĦAL DOKUMENTI TA' L-EFTA
IL-KUNSILL,
Bix-xewqa li jikseb trasparenza akbar u għoti aħjar ta' informazzjoni lill-pubbliku dwar l-attivitajiet ta' l-EFTA
Konvint li hu utli li l-pubbliku jingħata l-aktar aċċess wiesa' possibbli għad-dokumenti ta' l-EFTA,
Wara li kkunsidra l-abbozz ta' linji gwida mgħoddija għall-kunsiderazzjoni tal-Kunsill ta' l-EFTA mill-Kumitat Permanenti ta' l-Istati ta' l-EFTA fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Settembru 1996.
IDDEĊIEDA LI:
Il-linji gwida għall-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti ta' l-EFTA kif stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni huma hawnhekk approvati u jistgħu jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali.
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ hekk kif tkun adottata mill-Kumitat Permanenti ta' l-Istati ta' l-EFTA.
ANNESS
LINJI GWIDA GĦALL-AĊĊESS TAL-PUBBLIKU GĦAL DOKUMENTI TA' L-EFTA
Dawn il-linji gwida japplikaw għal talbiet indirizzati lis-Segretarjat ta' l-EFTA għal aċċess tal-pubbliku għal dokumenti ta' l-EFTA:
DOKUMENTI PUBBLIĊI TA' L-EFTA
Id-dokumenti ta' l-EFTA li ġejjin huma pubbliċi:
|
— |
Il-Konvenzjoni ta' Stokkolma; |
|
— |
Il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles ma' pajjiżi terzi; |
|
— |
Id-Dikjarazzjonijiet Konġunti dwar il-kooperazzjoni; |
|
— |
Ir-Rapporti Annwali ta' l-EFTA |
Id-dokumenti ta' l-EFTA/ŻEE li ġejjin huma pubbliċi:
|
— |
Il-Ftehim taż-ŻEE; |
|
— |
Il-Verżjoni Konsolidata ta' l-Annessi għall-Ftehim taż-ŻEE u s-Supplement taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali; |
|
— |
L-aġendi tal-Kunsill taż-ŻEE; |
|
— |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill taż-ŻEE; |
|
— |
L-Aġendi tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE; |
|
— |
Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE; |
|
— |
L-Aġendi tal-Kumitat Permanenti ta' l-Istati ta' l-EFTA; |
|
— |
Il-Listi tad-Deċiżjonijiet adottati tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE; |
|
— |
Il-Listi ta' proposti ta' Leġiżlazzjoni tal-KE li jistgħu jkunu ta' relevanza għall-Ftehim taż-ŻEE (‘l-acquis fi stadju ta' żvilupp’ tal-KE); |
|
— |
Il-Listi ta' leġiżlazzjoni adottata tal-KE li qed tiġi kkunsidrata l-inkorporazzjoni tagħha fil-Ftehim taż-ŻEE; |
|
— |
Id-dokumenti ta' informazzjoni dwar programmi magħżula fil-qasam tas-Sottokumitat IV. |
Il-biċċa l-kbira ta' l-informazzjoni msemmija hawn fuq tinsab fuq is-Sit ta' l-Internet ta' l-EFTA (www.efta.int)
DOKUMENTI OĦRA TA' L-EFTA
Il-prinċipju tat-trasparenza huwa applikat kemm jista' jkun. L-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti ta' l-EFTA japplika fir-rispett xieraq tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-protezzjoni ta' l-informazzjoni kklassifikata. Madankollu, il-klassifikazzjoni ta' kwalunkwe dokument mhux bilfors li teskludi lil dan l-istess dokument milli jitpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. L-aċċess jista' jkun miċħud meta l-iżvelar tad-dokumenti jista' jkun ta' ħsara:
|
— |
għall-ħarsien ta' l-interess pubbliku (sigurtà pubblika, relazzjonijiet internazzjonali, eċċ); |
|
— |
għall-ħarsien ta' l-individwu u tal-privatezza; |
|
— |
għall-ħarsien tas-segretezza kummerċjali u industrijali; |
|
— |
għall-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji ta' l-EFTA; |
|
— |
għall-ħarsien tal-kunfidenzjalità kif mitluba mill-persuna li tkun tat l-informazzjoni, jew kif mitlub mil-Leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru li jkun ta l-informazzjoni; |
|
— |
għaIl-ħarsien ta' l-interess ta' l-istituzzjoni fil-kunfidenzjalità tal-proċedimenti. |
KIF JINKISEB AĊĊESS PUBBLIKU GĦAD-DOKUMENTI L-OĦRA TA' L-EFTA
Meta jirċievi talbiet għall-aċċess pubbliku għal dokumenti oħrajn ta' l-EFTA, is-Segretarjat għandu jippreżenta dawn it-talbiet lid-delegazzjonijiet ta' l-EFTA għall-approvazzjoni, u dawn għandhom jieħdu azzjoni dwarhom mingħajr dewmien. Jekk talba tiġi miċħuda, l-entitajiet li jista' jsir rikors għalihom huma l-Kunsill ta' l-EFTA għal dokumenti dwar attivitajiet li jkunu twettqu f'Ġinevra, u l-Kumitat Permanenti ta' l-Istati ta' l-EFTA għal dokumenti dwar attivitajiet li jkunu twettqu fi Brussell.