Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2020/250A/01

    Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/381/20 — Amministraturi (AD 5) fil-qasam tal-liġi Ewropea

    ĠU C 250A, 30.7.2020, p. 1–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CA 250/1


    AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

    EPSO/AD/381/20

    AMMINISTRATURI (AD 5) FIL-QASAM TAL-LIĠI EWROPEA

    (2020/C 250 A/01)

    Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: Il-15 ta’ Settembru 2020 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell

    L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni ġenerali, ibbażata fuq testijiet, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva u li minnha l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jistgħu jirreklutaw membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “amministraturi” (grupp ta’ funzjoni AD).

    Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legali vinkolanti għal din il-proċedura tas-selezzjoni.

    Ara l-ANNESS II tar-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali.

    L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula: 104

    Matul il-proċedura kollha tas-selezzjoni, int tkun mistieden tagħmel diversi testijiet kif indikat f’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni.

    L-EPSO se jiżgura li l-kundizzjonijiet li taħthom tagħmel dawn it-testijiet ikunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika rilevanti (Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u Kontroll tal-Mard/awtoritajiet oħra internazzjonali/Ewropej u nazzjonali).

    LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?

    Il-kandidati reklutati mil-lista ta’ riżerva wara din il-kompetizzjoni se jkunu meħtieġa, prinċipalment, jipprovdu pariri legali, jiżguraw il-legalità u l-kwalità tal-abbozzar ta’ atti legali jew proposti għal atti legali, iwettqu riċerka u analiżi legali estensivi, u jaġixxu bħala aġenti tal-istituzzjoni kkonċernata fi proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

    Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li għandhom jitwettqu.

    JIENA ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?

    Sad-data tal-iskadenza tal-applikazzjonijiet online, trid tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi KOLLHA.

    (1)    Kundizzjonijiet ġenerali

    Tkun tgawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE

    Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari

    Tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru għad-dmirijiet ikkonċernati

    (2)    Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi

    Irid ikollok għarfien ta’ livell minimu C1 (għarfien profond) ta’ mill-inqas żewġ (2) lingwi uffiċjali tal-UE;

    Ta’ min wieħed jinnota li l-livell minimu meħtieġ hawn fuq irid japplika għal kull ħila lingwistika (it-taħdit, il-kitba, il-qari u s-smigħ) mitluba fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn il-ħiliet jirriflettu dawk li jinsabu fil-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi ( https://rm.coe.int/CoERMPublicCommonSearchServices/DisplayDCTMContent?documentId=090000168045bb60).

    F’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni nagħmlu referenza għal-lingwi bħala:

    Lingwa 1: il-lingwa użata għat-testijiet preliminari b’Ġħażliet Multipli bbażati fuq il-kompjuter

    Lingwa 2: il-lingwa użata għat-testijiet b’Mistoqsijiet b’Għażla Multipla bbażati fuq il-kompjuter u għat-testijiet taċ-ċentru ta’ valutazzjoni. Din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwa 1.

    Il-komunikazzjoni permezz tal-profil tal-EPSO bejn l-EPSO u l-kandidati li jkunu ssottomettew applikazzjoni valida se ssir f’waħda mil-lingwi li jkunu ddikjaraw fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom fil-livell B2 jew ogħla.

    Il-lingwa 2 trid tkun l-Ingliż jew il-Franċiż.

    Din il-kompetizzjoni hija organizzata l-aktar biex twieġeb għall-bżonnijiet tas-servizzi legali u tad-dipartimenti tal-istituzzjonijiet.

    Il-kandidati li jirnexxu u li jiġu rreklutati wara din il-kompetizzjoni huma meħtieġa li jkollhom għarfien profond tal-Ingliż jew tal-Franċiż, tal-anqas f’livell C1, li huwa l-livell minimu meħtieġ għall-provvista ta’ analiżi legali f’waħda minn dawk il-lingwi, kemm bil-fomm kif ukoll bil-miktub.

    Tassew, is-servizzi u d-dipartimenti legali tal-istituzzjonijiet jużaw l-Ingliż u l-Franċiż għax-xogħol analitiku u l-komunikazzjoni interna tagħhom, jiġifieri:

    L-uffiċjali li jaħdmu fuq l-affarijiet legali fis-servizzi u d-dipartimenti legali tal-istituzzjonijiet jipprovdu pariri legali kemm fl-istituzzjonijiet kif ukoll lil partijiet interessati oħra. L-opinjonijiet legali, ir-rapporti, id-deċiżjonijiet u dokumenti oħra prodotti mis-servizzi u d-dipartimenti legali f’dan il-kuntest, kif ukoll id-dokumenti li jirrevedu, huma ġeneralment abbozzati bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

    L-Ingliż u l-Franċiż huma wkoll il-lingwi proċedurali f’numru sinifikanti ħafna tal-każijiet tal-qorti ttrattati mis-servizzi u d-dipartimenti legali tal-istituzzjonijiet.

    Il-komunikazzjoni mal-Istati Membri sseħħ l-iktar bl-Ingliż, u l-komunikazzjoni interistituzzjonali ssir bl-Ingliż jew bil-Franċiż. Pereżempju, laqgħat interistituzzjonali dwar proposti leġiżlattivi jistgħu jsiru mingħajr interpretazzjoni jew b’reġim ta’ interpretazzjoni limitat, u b’hekk jeħtieġu li konsulenti legali u parteċipanti oħra f’dawn il-laqgħat ikollhom kmand tajjeb ħafna tal-Ingliż jew il-Franċiż sabiex isegwu d-dibattiti, jintervjenu u jipprovdu pariri legali.

    Fir-rigward tax-xogħol ta’ litigazzjoni, li huwa parti sinifikanti mix-xogħol tas-servizzi u d-dipartimenti legali tal-istituzzjonijiet, id-dokumenti proċedurali kollha jridu jintbagħtu lill-qrati tal-UE kemm bil-lingwa tal-kawża kif ukoll bil-Franċiż, li hija, b’użanza, il-lingwa li biha l-qrati tal-UE jmexxu d-deliberazzjonijiet. Is-servizzi u d-dipartimenti legali jridu jkunu jistgħu jibbażaw fuq numru suffiċjenti ta’ amministraturi li jistgħu jirrevedu l-verżjoni Franċiża tal-atti proċedurali li għandhom jiġu ppreżentati quddiem il-qrati tal-UE. Barra minn hekk, parti mill-każistika tal-Qorti Ġenerali hija disponibbli biss bil-Franċiż u fil-lingwa tal-kawża. Sabiex jipprovdu l-parir legali ta’ kwalità għolja u rapidu mistenni, is-servizzi u d-dipartimenti legali għandhom ikollhom numru suffiċjenti ta’ amministraturi li jkunu kapaċi jifhmu l-ġurisprudenza kollha li taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali.

    (2)    Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol

    Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji ta’ mill-inqas erba’ (4) snin , attestati b’diploma fil-liġi

    jew

    l-awtorizzazzjoni biex wieħed jeżerċita attivitajiet professjonali fi Stat Membru taħt wieħed mit-titoli professjonali elenkati fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 98/5/KE tas-16 ta’ Frar 1998 sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (ĠU L 77, 14.3.1998, p. 36).

    Ara l-ANNESS III għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

    KIF SE NINTGĦAŻEL?

    (1)    Il-proċess tal-applikazzjoni

    Meta timla l-forma tal-applikazzjoni tiegħek, ikollok tagħżel il-Lingwa 1 u l-Lingwa 2 tiegħek. Ikollok tagħżel il-Lingwa 1 tiegħek minn fost l-24 lingwa uffiċjali tal-UE, u l-Lingwa 2 tiegħek minn bejn l-Ingliż jew il-Franċiż. Tintalab ukoll tikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek għall-kompetizzjoni u tagħti aktar informazzjoni rilevanti għall-qasam tal-kompetizzjoni (pereżempju: diplomi u esperjenza tax-xogħol).

    Tista’ tagħżel kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE meta timla l-formola tal-applikazzjoni tiegħek.

    Meta tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek tiddikjara fuq l-unur tiegħek li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” Ladarba tkun ivvalidajt il-formola tal-applikazzjoni tiegħek, ma tkunx tista’ tagħmel aktar tibdil. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tara li timla u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek sal-iskadenza .

    (2)    Testijiet Preliminari b’Mistoqsijiet b’Għażla Multipla (MCQ) ibbażati fuq il-kompjuter

    Jekk inti tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek fi żmien id-data tal-għeluq inti tiġi mistieden sabiex tagħmel serje ta’ testijiet preliminari MCQ ibbażati fuq il-kompjuter f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.

    Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-testijiet MCQ skont l-istruzzjonijiet mill-EPSO. Tipikament, tiġi offrut diversi dati li fihom inti tista’ tagħmel it-testijiet, f’diversi postijiet. Il-perjodi tal-ibbukkjar u l-ittestjar ikunu limitati .

    It-testijiet MCQ bil-kompjuter ikunu organizzati kif ġej:

    Testijiet

    Lingwa

    Mistoqsijiet

    Durata

    Immarkar

    Marka minima meħtieġa

    Raġunament verbali

    Lingwa 1

    20 mistoqsija

    35 min

    Minn 20

    10/20

    Raġunament numeriku

    Lingwa 1

    10 mistoqsijiet

    20 min

    Minn 10

    Numeriku + astratt flimkien: 8/20

    Raġunament astratt

    Lingwa 1

    10 mistoqsijiet

    10 min

    Minn 10

    Il-fehim lingwistiku

    Lingwa 1

    12-il mistoqsija

    25 min

    Minn 12

    8/12

    Dawn it-testijiet huma eliminatorji u l-marki mogħtija ma jiżdidux mal-marki miksuba mill-kandidati fit-testijiet sussegwenti.

    (3)    Testijiet intermedji MCQ ibbażati fuq il-kompjuter

    Jekk ilħaqt il-marki minimi meħtieġa kollha fit-test MCQ Preliminari bbażat fuq il-kompjuter taħt il-punt (2) hawn fuq, se tiġi mistieden biex tagħmel sett ieħor ta’ testijiet MCQ f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.

    Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-testijiet MCQ skont l-istruzzjonijiet mill-EPSO. Tipikament, tiġi offrut diversi dati li fihom inti tista’ tagħmel it-testijiet, f’diversi postijiet. Il-perjodi tal-ibbukkjar u l-ittestjar ikunu limitati .

    It-testijiet MCQ bil-kompjuter ikunu organizzati kif ġej:

    Testijiet

    Lingwa

    Mistoqsijiet

    Durata

    Immarkar

    Marka minima meħtieġa

    Test MCQ relatat mal-qasam

    Lingwa 2

    40 mistoqsija

    60 min

    Minn 40

    20/40

    Il-fehim lingwistiku

    Lingwa 2

    12-il mistoqsija

    25 min

    Minn 12

    6/12

    Il-marki li jinkisbu għat-test tal-komprensjoni tal-lingwa ma jitqisux fil-kalkolu tal-marka globali tiegħek; madankollu, trid tilħaq il-marki minimi kollha u ġġib waħda mill- ogħla marki fit-test MCQ relatat mal-qasam biex tikkwalifika għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni.

    (4)    Kontrolli tal-eliġibbiltà

    Ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà stabbiliti fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” hawn fuq se jiġu ċċekkjati mad-data pprovduta fl-applikazzjonijiet online tal-kandidati. L-EPSO jiċċekkja jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà filwaqt li l-Bord tas-Selezzjoni jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà taħt it-taqsima “Edukazzjoni u Taħriġ” tal-applikazzjoni online tal-kandidati, filwaqt li jitqiesu d-dmirijiet imsemmija fl-Anness I.

    (5)    Ċentru ta’ valutazzjoni

    Sa massimu ta’ tliet (3) darbiet in-numru ta’ kandidati ammessi mfittxija jiġu mistiedna għat-testijiet fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni online tiegħek u jekk tkun ġibt waħda mill- ogħla marki fit-test MCQ fil-qasam, tiġi mistieden sabiex tattendi ġurnata (1) jew tnejn (2) f’ċentru ta’ valutazzjoni, x’aktarx fi Brussell , sabiex tagħmel it-testijiet fil- Lingwa 2 tiegħek.

    Sakemm ma tkunx avżat mod ieħor, trid iġġib stikka USB elettronika li jkun fiha kopji skenjati tad-dokumenti ta’ sostenn tiegħek fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni tiegħek. L-EPSO se jniżżel il-fajls tiegħek matul it-testijiet fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni tiegħek u jagħtik lura l-istikka tal-USB fl-istess ġurnata.

    Fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni jiġu ttestjati tmien kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi relatati mal-qasam għal din il-kompetizzjoni permezz ta’ diversi testijiet (żewġ (2) logħbiet ta’ rwol, intervista ġenerali bbażata fuq il-kompetenza, preżentazzjoni orali, u test bil-miktub fil-qasam) kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:

    Kompetenza

    Testijiet

    1.

    Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

    Logħba ta’ rwol 1

    Preżentazzjoni orali

    2.

    Komunikazzjoni

    Logħba ta’ rwol 2

    Preżentazzjoni orali

    3.

    Kwalità u riżultati

    Logħba ta’ rwol 2

    Preżentazzjoni orali

    4.

    Tagħlim u żvilupp

    Logħba ta’ rwol 1

    Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

    5.

    Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

    Logħba ta’ rwol 2

    Preżentazzjoni orali

    6.

    Reżiljenza

    Logħba ta’ rwol 1

    Preżentazzjoni orali

    7.

    Ħidma ma’ oħrajn

    Logħba ta’ rwol 1

    Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

    8.

    Tmexxija

    Logħba ta’ rwol 2

    Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

    Marki minimi meħtieġa: 3/10 għal kull kompetenza u 40/80 b’kollox

    Kompetenza

    Test

    Marka minima meħtieġa

    Kompetenzi relatati mal-qasam

    Eżami bil-miktub fil-qasam

    50/100

    (6)    Lista ta’ riżerva

    Wara li jiċċekkja d-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati vis-à-vis l-informazzjoni pprovduta fil-formola ta’ applikazzjoni online tagħhom, il-Bord tas-Selezzjoni jistabbilixxi lista ta’ riżerva  — sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ kandidati li għaddew — minn dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa kollha kif ukoll l-ogħla marki wara ċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.

    Il-lista ta’ riżerva u l-passaporti ta’ kompetenza, li jagħtu rispons kwalittativ mill-Bord tas-Selezzjoni, tal-kandidati ta’ suċċess jkunu disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u l-iżvilupp futur tal-karriera. L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva ma tagħti l-ebda dritt jew garanzija li persuna tiġi rreklutata.

    OPPORTUNITAJIET INDAQS U AĠĠUSTAMENTI SPEĊJALI

    L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħti opportunitajiet, trattament u aċċess ugwali lill-kandidati kollha.

    Jekk għandek xi diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ taffettwa l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn.

    Skopri aktar dwar il-politika ta’ opportunitajiet indaqs tagħna u l-proċedura biex titlob aġġustamenti speċjali fuq il-website tagħna (https://epso.europa.eu/how-to-apply/equal-opportunities_mt) u fir-Regoli Ġenerali annessi ma’ dan l-avviż (taħt il-punt 1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali).

    META U FEJN NISTA’ NAPPLIKA?

    Sabiex tapplika, l-ewwel trid toħloq kont tal-EPSO. Kun af li tista’ toħloq kont tal-EPSO wieħed biss għal kull applikazzjoni tal-EPSO.

    Applika online fuq il-website tal-EPSO https://epso.europa.eu/apply/job-offers_mt sal-:

    15 ta’ Settembru 2020 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell


    ANNESS I

    DMIRIJIET

    Id-dmirijiet ewlenin tal-kandidati magħżula jistgħu jinkludu:

    L-għoti ta’ pariri legali (bil-fomm u bil-miktub) bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati t-teħid ta’ deċiżjonijiet u t-tfassil tal-politika;

    Il-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-istituzzjonijiet u l-korpi preparatorji tagħhom, u fil-laqgħat interni, kif ukoll il-kontribut għat-tħejjija ta’ dawn il-laqgħat;

    L-għoti ta’ assistenza lill-istituzzjonijiet u lill-korpi preparatorji tagħhom, u/jew id-dipartimenti biex tiġi żgurata l-legalità u l-kwalità tal-abbozzar tal-atti legali li jadottaw;

    L-aġir bħala aġenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea inkluż l-abbozzar ta’ sottomissjonijiet, is-sottomissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-twettiq ta’ riċerka u kompiti oħra relatati mal-kondotta tal-litigazzjoni;

    It-twettiq ta’ riċerka legali estensiva fil-liġi tal-Unjoni Ewropea u l-liġi internazzjonali, inkluża l-każistika, li tipprovdi analiżi dettaljata tal-kwistjonijiet assenjati;

    Il-parteċipazzjoni fi trilogi u f’negozjati interistituzzjonali oħrajn għall-adozzjoni ta’ atti legali tal-Unjoni u l-attendenza ta’ laqgħat mal-Kunsill, mal-Parlament Ewropew, mal-Kummissjoni Ewropea, mal-Bank Ċentrali Ewropew, mal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna;

    Il-parteċipazzjoni f’laqgħat f’fora internazzjonali u l-komunikazzjoni ma’ konsulenti legali ta’ ministeri u organizzazzjonijiet internazzjonali barranin;

    Il-kontribut fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji u programmi ta’ ħidma, inkluż billi jieħdu inizjattivi bil-ħsieb li jittejbu l-metodi u l-proċeduri ta’ ħidma;

    Il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni ma’ interlokuturi interni u esterni.

    Tmiem l-ANNESS I, agħfas hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


    ANNESS II

    REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

    INFORMAZZJONI ĠENERALI

    Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.

    Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.

    Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.

    1.   MIN JISTA’ JAPPLIKA?

    1.1.   Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi

    Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”.

    Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jinħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” ta’ dan l-avviż li hija rilevanti għall-kompiti .

    (a)

    Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. F’dan ir-rigward, il-bord tas-selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni.

    Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija.

    (b)

    L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u:

    tikkostitwixxi xogħol ġenwin u effettiv;

    tkun imħallsa;

    tkun tinvolvi relazzjoni ta’ subordinazzjoni jew il-forniment ta’ servizz; kif ukoll

    tkun suġġetta għal dawn il-kundizzjonijiet:

    ħidma volontarja: jekk imħallsa u tinvolvi ħinijiet fil-ġimgħa u tul bħal impjieg normali;

    apprendistati: jekk imħallsa;

    servizz militari obbligatorju: magħmul qabel jew wara d-diploma meħtieġa għal perjodu li ma jaqbiżx it-tul ta’ żmien statutorju fl-Istat Membru tiegħek;

    liv tal-maternità/tal-paternità/tal-adozzjoni: jekk kopert minn kuntratt ta’ impjieg;

    dottorat: għal perjodu massimu ta’ tliet snin, bil-kundizzjoni li d-dottorat ikun effettivament inkiseb, u jekk ix-xogħol kienx imħallas jew le; kif ukoll

    xogħol part-time: ikkalkulat pro rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma, pereżempju half-time għal sitt xhur ikun jiswa daqs tliet xhur.

    1.2.   Dokumenti ta’ sostenn

    Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).

    Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:

    dokumenti minn impjegatur(i) fil-passat kif ukoll mill-impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew

    il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa;

    (għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti;

    (għall-interpreti ta’ konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ jiem, u l-lingwi interpretati minn u lejn, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni ta’ konferenzi.

    B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.

    Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ sostenn għandek bżonn tipprovdi u meta.

    1.3.   Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali

    Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabilità jew kundizzjoni tiżviluppa wara li tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.

    Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-akkomodazzjoni raġonevoli tista’ ssir meta dan ikun meħtieġ.

    Jekk tiltaqa’ ma’ xi kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà, jew jekk għandek bżonn aktar informazzjoni, ikkuntattja t-tim tal-aċċessibbiltà tal-EPSO bil-:

    posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu);

    faks (+ 32 22998081); jew

    posta:

    European Personnel Selection Office (EPSO)

    EPSO accessibility

    Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    2.   MINN MIN NIĠI VVALUTAT?

    Jiġi maħtur bord tas-selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.

    Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-bord tas-selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.

    Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom iridu jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.

    L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-bordijiet tas-selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).

    L-ismijiet tal-membri tal-ġurija huma ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-bidu taċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni.

    3.   KOMUNIKAZZJONI

    3.1.   Komunikazzjoni mal-EPSO

    Jinħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, trid tinnotifika lill-EPSO immedjatament u esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

    L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.

    F’kull korrispondenza relatata ma’ applikazzjoni, semmi ismek kif mogħti fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.

    L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/ethics-and-integrity/code-conduct-eu-staff_mt (kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). Għaldaqstant, l-EPSO jirriserva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrelevanti).

    3.2.   Aċċess għall-informazzjoni

    Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personali, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.

    Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.

    Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.

    3.2.1.   Żvelar awtomatiku

    Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:

    It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza/l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament;

    eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità li ma kinux issodisfati;

    Talent Screener (Evalwatur tat-Talenti): ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek;

    testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek;

    testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss;

    fażi/ċentru ta’ valutazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-bord tas-selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru/fil-fażi ta’ valutazzjoni.

    Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunikax lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, peress li dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:

    it-testijiet ikunu tlestew;

    ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll

    it-testi sors/l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri.

    3.2.2.   Informazzjoni fuq talba

    Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal eżerċizzji tal-e-tray u studji ta’ każijiet.

    Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u ma jiġux żvelati.

    L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.

    Kull talba għal informazzjoni jinħtieġ li tkun mibgħuta permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.

    4.   ILMENTI U KWISTJONIJIET

    4.1.   Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi

    Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO immedjatament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

    F’kull korrispondenza, indika ismek (kif mogħti fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru tal-proċedura tas-selezzjoni.

    Jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet:

    tavża lill-inviġilaturi immedjatament sabiex tkun tista’ tiġi investigata soluzzjoni fiċ-ċentru nnifsu. F’kull każ, itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll

    ikkuntattja lill-EPSO mhux iktar tard minn tlett (3) ijiem kalendarji wara t-testijiet tiegħek permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.

    Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju prinċipalment dwar il-proċess tal-ibbukkjar tat-test), segwi l-istruzzjonijiet fil-kont EPSO tiegħek u fuq is-sit web tal-EPSO jew ikkuntattja lill-EPSO minnufih permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

    Għal kwistjonijiet bl-applikazzjoni tiegħek, trid tikkuntattja lill-EPSO immedjatament u f’kull każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt). Mistoqsijiet mibgħuta inqas minn ħamest (5) ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet jistgħu ma jitweġbux qabel l-iskadenza.

    4.2.   Proċeduri ta’ reviżjoni interna

    4.2.1.   Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)

    Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-bordijiet tas-selezzjoni.

    Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-bord tas-selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).

    Taħt din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-avviż tal-kompetizzjoni.

    L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:

    proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

    il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

    data ta’ skadenza: fi żmien tliet (3) ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter;

    tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun.

    Ma jiġux ikkunsidrati t-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.

    B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.

    L-istess proċedura ta’ eżami mill-ġdid tapplika fir-rigward ta’ żbalji fl-eżerċizzju tal-e-tray.

    4.2.2.   Talbiet għal rieżami

    Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-bord tas-selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.

    It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:

    irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew

    nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza.

    Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-bord tas-selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, l-esperjenza u/jew il-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li hija għamel żball. It-talbiet għal rieżami ppreżentati fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.

    L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:

    proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

    il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

    data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek;

    tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

    It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

    Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.

    Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.

    4.3.   Forom oħra ta’ kontestazzjoni

    4.3.1.   Ilmenti amministrattivi

    Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.

    Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn bord tas-selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).

    L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:

    proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

    il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

    data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li fiha d-deċiżjoni suppost saret;

    tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

    It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

    4.3.2.   Appelli ġudizzjarji

    Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt tippreżenta appell ġudizzjarju lill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.

    Innota li l-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO minflok milli mill-bord tas-selezzjoni ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali biss jekk ikun ippreżentat ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 4.3.1). B’mod partikolari, dan huwa l-każ bid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-kriterji ġenerali tal-eliġibbiltà, li huma meħuda mill-EPSO u mhux mill-bord tal-għażla.

    L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:

    proċedura: ikkonsulta l-websajt tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/).

    4.3.3.   L-Ombudsman Ewropew

    Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew.

    Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).

    L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ lmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.

    L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:

    proċedura: Ikkonsulta l-websajt tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/).

    4.4.   Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni

    Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li int:

    ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed;

    applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli;

    ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibilità;

    għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa;

    ma bbukkjajtx jew ma għamiltx wieħed jew iżjed mit-testijiet tiegħek;

    qarraqt waqt it-testijiet;

    ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwi meħtieġa f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, jew ma ddikjarajtx il-livell(i) minimu/i meħtieġ(a) għal dawn il-lingwi;

    ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat;

    inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni;

    bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ sostenn jew tikketti/titoli ta’ diplomi); u/jew

    iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi.

    Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.

    Tmiem tal-ANNEX II, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


    ANNESS III

    EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT IL-PAJJIŻ U L-GRAD LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONIJIET

    Ikklikkja hawn għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji

     

    Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6

    Minn AST 1 sa AST 7

    Minn AST 3 sa AST 11

    Minn AD 5 sa AD 16

    PAJJIŻ

    Edukazzjoni sekondarja(li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja)

    Edukazzjoni postsekondarja (kors postsekondarju iżda mhux universitarju jew kors universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn)

    Edukazzjoni universitarja (li tieħu mill-anqas tliet snin)

    Edukazzjoni universitarja (erba’ snin jew aktar)

    Belgique — België — Belgien

    Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs

    Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/Getuigschrift van hoger secundair onderwijs

    Diplôme d’enseignement professionnel/Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

    Candidature/Kandidaat

    Graduat/Gegradueerde

    Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor

    Bachelor académique (180 crédits)

    Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS)

    Licence/Licentiaat

    Master

    Diplôme d’études approfondies (DEA)

    Diplôme d’études spécialisées (DES)

    Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS)

    Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS)

    Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS)

    Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

    Agrégation/Aggregaat

    Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur

    Doctorat/Doctoraal diploma

    България

    Диплома за завършено средно образование

    Специалист по …

     

    Диплома за висше образование

    Бакалавър

    Магистър

    Česká republika

    Vysvědčení o maturitní zkoušce

    Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

    Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář)

    Diplom o ukončení vysokoškolského studia

    Magistr

    Doktor

    Danmark

    Bevis for:

    Studentereksamen

    Højere Forberedelseseksamen (HF)

    Højere Handelseksamen (HHX)

    Højere Afgangseksamen (HA)

    Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

    Videregående uddannelser

    = Bevis for = Eksamensbevis som (erhvervsakademiuddannelse AK)

    Bachelorgrad (BA eller BS)

    Professionsbachelorgrad

    Diplomingeniør

    Kandidatgrad/Candidatus

    Master/Magistergrad (mag.art)

    Licenciatgrad

    ph.d.-grad

    Deutschland

    Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife

    Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife

     

    Fachhochschulabschluss

    Bachelor

    Hochschulabschluss/Fachhochschulabschluss/Master

    Magister Artium/Magistra Artium

    Staatsexamen/Diplom

    Erstes Juristisches Staatsexamen

    Doktorgrad

    Eesti

    Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

    Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

    Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

    Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti)

    Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

    Rakenduskõrghariduse diplom

    Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)

    Magistrikraad

    Arstikraad

    Hambaarstikraad

    Loomaarstikraad

    Filosoofiadoktor

    Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

    Éire/Ireland

    Ardteistiméireacht, Grád D3, I 5 ábhar/Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects

    Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)/Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

    Teastas Náisiúnta/National Certificate

    Gnáthchéim bhaitsiléara/Ordinary bachelor degree

    Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)/National diploma (ND, Dip.)

    Ardteastas (120 ECTS)/Higher Certificate (120 ECTS)

    Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)/Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

    Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)/Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS)

    Céim ollscoile/University degree

    Céim mháistir (60-120 ECTS)/Master’s degree (60-120 ECTS)

    Dochtúireacht/Doctorate

    Ελλάδα

    Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

    Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου

    Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

    Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου

    Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου

    Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (ΙΕΚ)

     

    Πτυχίο ΑΕΙ (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕΙ)

    Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος)

    Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

    España

    Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU)

    Bachillerato

    BUP

    Diploma de Técnico especialista

    FP grado superior (Técnico superior)

    Diplomado/Ingeniero técnico

    Licenciatura

    Máster

    Ingeniero

    Título de Doctor

    France

    Baccalauréat

    Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU)

    Brevet de technicien

    Diplôme d’études universitaires générales (DEUG)

    Brevet de technicien supérieur (BTS)

    Diplôme universitaire de technologie (DUT)

    Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

    Licence

    Maîtrise

    Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d’études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche

    Diplôme des grandes écoles

    Diplôme d’ingénieur

    Doctorat

    Hrvatska

    Svjedodžba o državnoj maturi

    Svjedodžba o završnom ispitu

    Stručni pristupnik/pristupnica

    Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

    Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

    Stručni specijalist

    Magistar struke

    Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing)

    Doktor struke

    Doktor umjetnosti

    Italia

    Diploma di maturità (vecchio ordinamento)

    Perito ragioniere

    Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore

    Diploma universitario (DU)

    Certificato di specializzazione tecnica superiore

    Attestato di competenza (4 semestri)

    Diploma di laurea — L (breve)

    Diploma di laurea (DL)

    Laurea specialistica (LS)

    Master di I livello

    Dottorato di ricerca (DR)

    Κύπρος

    Απολυτήριο

    Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory)

    Higher Diploma

     

    Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor

    Master

    Doctorat

    Latvija

    Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

    Diploms par profesionālo vidējo izglītību

    Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

    Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu)

    Bakalaura diploms (160 kredītpunktu)

    Profesionālā bakalaura diploms

    Maģistra diploms

    Profesionālā maģistra diploms

    Doktora grāds

    Lietuva

    Brandos atestatas

    Aukštojo mokslo diplomas

    Aukštesniojo mokslo diplomas

    Profesinio bakalauro diplomas

    Aukštojo mokslo diplomas

    Aukštojo mokslo diplomas

    Bakalauro diplomas

    Magistro diplomas

    Daktaro diplomas

    Meno licenciato diplomas

    Luxembourg

    Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

    BTS

    Brevet de maîtrise

    Brevet de technicien supérieur

    Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU)

    Diplôme universitaire de technologie (DUT)

    Bachelor

    Diplôme d’ingénieur technicien

    Master

    Diplôme d’ingénieur industriel

    DESS en droit européen

    Magyarország

    Gimnáziumi érettségi bizonyítvány

    Szakközépiskolai érettségi-képesítő bizonyítvány

    Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme)

    Főiskolai oklevél

    Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits)

    Egyetemi oklevél

    Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits)

    Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés)

    Doktori fokozat

    Malta

    Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher)

    Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5

    2 À Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

    MCAST diplomas/certificates

    Higher National Diploma

    Bachelor’s degree

    Bachelor’s degree

    Master of Arts

    Doctorate

    Nederland

    Diploma VWO

    Diploma staatsexamen (2 diploma’s)

    Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO)

    Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

    Kandidaatsexamen

    Associate degree (AD)

    Bachelor (WO)

    HBO bachelor degree

    Baccalaureus of «Ingenieur»

    HBO/WO Master’s degree

    Doctoraal examen/Doctoraat

    Österreich

    Matura/Reifeprüfung

    Reife- und Diplomprüfung

    Berufsreifeprüfung

    Kollegdiplom/Akademiediplom

    Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea

    Universitätsdiplom

    Fachhochschuldiplom

    Magister/Magistra

    Master

    Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur

    Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis

    Doktortitel

    Polska

    Świadectwo dojrzałości

    Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

    Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego

    Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

    Licencjat/Inżynier

    Magister/Magister inżynier

    Dyplom doktora

    Portugal

    Diploma de Ensino Secundário

    Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

     

    Bacharel Licenciado

    Licenciado

    Mestre

    Doutorado

    România

    Diplomă de bacalaureat

    Diplomă de absolvire (colegiu universitar)

    Învățământ preuniversitar

    Diplomă de licenţă

    Diplomă de licenţă

    Diplomă de inginer

    Diplomă de urbanist

    Diplomă de master

    Certificat de atestare (studii academice postuniversitare)

    Diplomă de doctor

    Slovenija

    Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu)

    Diploma višje strokovne šole

    Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

    Univerzitetna diploma

    Magisterij

    Specializacija

    Doktorat

    Slovensko

    Vysvedčenie o maturitnej skúške

    Absolventský diplom

    Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár)

    Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia

    Bakalár (Bc.)

    Magister

    Magister/Inžinier

    ArtD.

    Suomi/Finland

    Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus — Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning

    Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier)

    Ammatillinen opistoasteen tutkinto — Yrkesexamen på institutnivå

    Kandidaatin tutkinto — Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto — Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa — studieveckor)

    Maisterin tutkinto — Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto — Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa — studieveckor)

    Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) œjoko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen — antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen

    Lisensiaatti/Licentiat

    Sverige

    Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning)

    Högskoleexamen (80 poäng)

    Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

    Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år

    Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

    Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

    Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)

    Licentiatexamen

    Doktorsexamen

    Meriter på avancerad nivå:

    Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng

    Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

    Meriter på forskarnivå:

    Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

    Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

    United Kingdom

    General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

    BTEC National Diploma

    General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

    Advanced Vocational Certificate of Education, À level (VCE À level)

    Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

    Diploma of Higher Education (DipHE)

    National Vocational Qualifications (NVQ)

    Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4

    (Honours) Bachelor degree

    NB: Master’s degree in Scotland

    Honours Bachelor degree

    Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc)

    Doctorate

    Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali


    Top