This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2019/091/02
Call for proposals — EACEA/03/2019 — Intra-Africa Academic Mobility Scheme
Sejħa għall-proposti — EACEA/03/2019 — Skema ta’ Mobilità Akkademika Intra-Afrikana
Sejħa għall-proposti — EACEA/03/2019 — Skema ta’ Mobilità Akkademika Intra-Afrikana
ĠU C 91, 11.3.2019, pp. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
11.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 91/2 |
SEJĦA GĦALL-PROPOSTI — EACEA/03/2019
Skema ta’ Mobilità Akkademika Intra-Afrikana
(2019/C 91/02)
1. Objettivi u deskrizzjoni
L-objettiv globali tal-programm huwa li jitjieb l-iżvilupp tal-kapital uman fl-Afrika, filwaqt li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni intra-Afrikana kif mitlub mill-Agenda 2063.
L-objettivi speċifiċi tal-programm huma li:
|
— |
tiżdied l-impjegabbiltà tal-istudenti; |
|
— |
titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni għolja fl-Afrika u r-relevanza tagħha lejn il-viżjoni tal-iżvillup tal-Afrika; |
|
— |
jissaħħu l-modernizzazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Afrikani, u jinħoloq ambjent li jippromovi l-iżvilupp ta’ spazju ta’ edukazzjoni għolja u ta’ riċerka Afrikan. |
Il-mobbiltà tal-istudenti u l-persunal bejn l-Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Għolja (HEIs) hija mistennija li tgħinhom jiksbu għarfien u ħiliet aktar b’saħħithom u tikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità u r-relevanza tat-tagħlim u l-apprendiment permezz ta’ skambji ta’ prattiki. Barra minn hekk, l-iskema ser tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-istrateġiji ta’ modernizzazzjoni u internazzjonalizzazzjoni tal-HEIs permezz ta’ żvillup ta’ mekkaniżmi għall-ġestjoni tal-flussi ta’ mobbiltà. Dan ser iżid il- kapaċità tal-HEIs biex joħolqu sħubiji ma’ istituzzjonijiet oħrajn sabiex jimpenjaw ruħhom f’kollaborazzjoni u riċerka konġunti.
Barra minn hekk, il-programm ser ilaqqa’ flimkien sħab minn reġjuni differenti, li ser ikollhom joħolqu mekkaniżmi adegwat sabiex jorganizzaw l-iskambji, bħal arranġamenti biex jitqabblu l-kurrikula u jirrikonoxxu l-perjodi ta ’studju barra mill-pajjiż. Għalhekk huwa mistenni li l-programm se jtejjeb l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja u jagħmel kontribut sostanzjali għall-integrazzjoni reġjonali.
2. Applikanti eliġibbli u kompożizzjoni tas-sħubija
Is-sħubija għandha tkun magħmula minn minimu ta’ erba’ HEIs Afrikani u minn massimu ta’ sitt HEIs Afrikani bħala sħab (inkluż l-applikant) u minn sieħeb tekniku wieħed mill-UE.
L-applikanti u s-sħab eliġibbli huma HEIs irreġistrati fl-Afrika li jipprovdu korsijiet f’livell postgraduate (lawrja tal-master u/jew tad-dottorat) ta’ edukazzjoni għolja li jwasslu għal kwalifika rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżhom stess. L-HEIs akkreditati mill-awtoritajiet nazzjonali relevanti fl-Afrika biss huma eliġibbli. Fergħat ta’ HEIs minn barra l-Afrika mhumiex eliġibbli.
Is-sieħeb tekniku għandu jkun HEI minn wieħed mill-Istati Membri tal-UE li jkun ingħata Karta tal-Erasmus għal Edukazzjoni Għolja.
3. Attivitajiet eliġibbli u d-durata
Il-proġett se jinvolvi l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-mobbiltà tal-istudenti fi programmi ta’ master u ta’ dottorat ta’ kwalità għolja u l-mobbiltà tal-persunal akkademiku/amministrattiv, kif ukoll il-provvediment ta’ edukazzjoni/taħriġ u servizzi oħrajn lil studenti barranin u t-tagħlim/t-taħriġ u ħidmiet ta’ riċerka u servizzi oħrajn lil persunal mill-pajjiżi koperti mill-proġett. Il-mobbiltà għandha ssir f’wieħed mill-pajjiżi eliġibbli koperti minn din is-Sejħa għal proposti.
It-tul tal-proġett għandu jkun 60 xahar.
4. Kriterji tal-għoti
L-applikazzjonijiet kollha ser jgħaddu minn valutazzjonijiet minn esperti esterni skont it-tliet kriterji tal-għoti elenkati hawn taħt:
|
Kriterji |
Punti |
||
|
20 |
||
|
70 |
||
|
15 |
||
|
15 |
||
|
20 |
||
|
10 |
||
|
10 |
||
|
10 |
||
|
TOTAL |
100 |
Biex ikunu kkunsidrati għall-finanzjament, il-proposti għandhom iġibu punteġġ ta’ mill-inqas 50 punt minn total ta’ 100.
5. Baġit u ammonti tal-għoti
L-ammont indikattiv globali magħmul disponibbli taħt din is-Sejħa għall-proposti huwa stmat li huwa EUR 9 800 000 u għandu jippermetti madwar 350 fluss ta’ mobbiltà.
Kull għotja ser tammonta għal bejn EUR 1 000 000 (id-daqs minimu tal-għotja) u EUR 1 400 000 (id-daqs massimu tal-għotja.
L-għotja tal-UE hija bbażata fuq l-applikazzjoni ta’ somom f’daqqa għall-organizzazzjoni tal-mobbiltà u l-ispejjeż unitarji għall-implimentazzjoni tal-mobbiltà.
6. Sottomissjoni tal-proposti u data ta’ skadenza
Id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni għall-Iskema ta’ Mobbiltà Akkademika Intra-Afrikana hija t-12 ta’ Ġunju 2019 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell.
Applikazzjonijiet għall-għotja għandhom jiġu sottomessi permezz tal-formola elettronika (eForm) u tal-annessi tagħha mfassla speċifikament għal dan il-għan, li se jkunu disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (https://eacea.ec.europa.eu/intra-africa/beneficiaries-space/intra-africa-academic-mobility-scheme-2019_en).
Is-sottomissjoni elettronika biss (eForm inklużi l-annessi) titqies bħala l-applikazzjoni formali valida.
Barra minn hekk, l-applikanti għandhom jibagħtu b’email kopja tal-applikazzjoni tagħhom (eForm inklużi l-annessi), li tindika b’mod ċar in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-proġett riċevut meta tkun ġiet sottomessa l-eForm, fil-kaxxa postali li ġejja: EACEA-IntraAfrica-IntraACP@ec.europa.eu.
L-applikazzjonijiet sottomessi sad-data ta’ skadenza u f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati fis-Sejħa għall-proposti biss sejrin jiġu aċċettati. Applikazzjonijiet mibgħuta b’email ma jiġux aċċettati.
7. Informazzjoni sħiħa
Il-Linji Gwida tas-Sejħa għall-proposti kif ukoll l-informazzjoni u d-dokumenti kollha relevanti għas-sottomissjoni tal-proposti skont din is-Sejħa huma disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija: https://eacea.ec.europa.eu/intra-africa/beneficiaries-space/intra-africa-academic-mobility-scheme-2019_en.