Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/124/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8379 — SGID/Hellenic Republic/IPTO) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 124, 21.4.2017, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 124/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8379 — SGID/Hellenic Republic/IPTO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 124/06)

1.

Fl-10 ta’ April 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-iState Grid International Development Limited (“SGID”, taċ-Ċina) ikkontrollata mill-Kummissjoni tas-Superviżjoni u tal-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“Central SASAC”) u l-Istat Elleniku, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet se jakkwistaw b’kontroll konġunt lil Independent Power Transmission Operator S.A. (“IPTO”, tal-Greċja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

SGID hija impenjata fl-investiment u l-operazzjoni tan-negozji tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku regolat barra mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, b’assi u investimenti fl-Awtralja, il-Brażil, il-Filippini, il-Portugall, ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Hong Kong u l-Italja.

Ir-Repubblika Ellenika, permezz tas-sussidjarja DES ADMIE, tikkontrolla lil IPTO.

IPTO huwa l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Elettriku Ellenika vestit bl-operazzjoni, il-ġestjoni, l-isfruttar, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tagħha sabiex jiżgura l-forniment tal-elettriku tal-Greċja

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.8379 — SGID/Hellenic Republic/IPTO, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top