This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2017/054/06
Prior notification of a concentration (Case M.8283 — General Electric Company/LM Wind Power Holding) (Text with EEA relevance. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8283 — General Electric Company/LM Wind Power Holding) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8283 — General Electric Company/LM Wind Power Holding) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU C 54, 21.2.2017, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 54/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8283 — General Electric Company/LM Wind Power Holding)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 54/06)
1. |
Fit-13 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha General Electric Company (“GE”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista l-kontroll uniku ta’ LM Wind Power Holding A/S (“LM”, id-Danimarka) fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, permezz tax-xiri ta’ ishma. L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fil-11 ta’ Jannar 2017, iżda l-avviż ġie sussegwentement irtirat fit-2 ta’ Frar 2017. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8283 — General Electric Company/LM Wind Power Holding, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).