Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/045/09

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8343 — DONG Energy/Macquarie/Swancor/Formosa 1 Wind Power) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU C 45, 11.2.2017, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 45/9


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8343 — DONG Energy/Macquarie/Swancor/Formosa 1 Wind Power)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2017/C 45/09)

    1.

    Fit-3 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża DONG Energy A/S (“DONG”, id-Danimarka), Macquarie Corporate Holdings Pty Limited (“Macquarie”, l-Awstralja) u Swancor Holding Co., Ltd (“Swancor”, it-Tajwan) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Formosa 1 International Investment Co., Ltd (“Formosa”, it-Tajwan) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    DONG hija attiva fis-swieq għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass naturali; l-iżvilupp, il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ wind farms ‘l barra mill-kosta; il-ġenerazzjoni tal-elettriċità u tas-sħana minn impjanti tal-enerġija; il-kummerċ fil-gass naturali u fl-elettriċità; il-bejgħ u d-distribuzzoni tal-elettriċità u l-bejgħ ta’ gass naturali;

    Macquarie hija attiva fl-intermedjazzjoni tal-investiment għal klijenti istituzzjonali, korporattivi u tal-bejgħ mad-dinja kollha f’firxa wiesgħa ta’ setturi inklużi r-riżorsi u l-komoditajiet, l-enerġija, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-infrastruttura u l-proprjetà immobbli;

    Swancor hija produttur u distributur ta’ materjali kimiċi ta’ speċjalità, inklużi rażi ta’ kontra l-korrużjoni għall-użu f’tankijiet u pipelines f’diversi industriji, ċmieni għall-impjanti tal-enerġija, jottijiet u pixxini u reżini epossidiċi għal sistemi bl-iskrejjen tat-turbini tar-riħ;

    Formosa hija proġett ta’ wind farm offshore li għandu jiġi żviluppat, mibni u mħaddem qrib Miaoli, it-Tajwan.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8343 — DONG Energy/Macquarie/Swancor/Formosa 1 Wind Power, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top