This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2017/023/03
New national side of euro coins intended for circulation
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
ĠU C 23, 24.1.2017, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
24.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 23/3 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2017/C 23/03)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ : is-Slovakkja
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-550 anniversarju tal-Università Istropolitana
Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-figura ta’ għalliem u żewġ studenti pożizzjonati quddiem il-faċċati tal-binja tal-ex Universitas Istropolitana fi Bratislava. Fir-rokna ta’ fuq tax-xellug tad-disinn hemm medaljun tar-Re Matthias Corvinus, il-fundatur tal-università. Fuq il-medaljun hemm l-iskrizzjoni “1467”, is-sena li fiha nfetħet l-università. Il-pajjiż tal-ħruġ “SLOVENSKO” tidher fin-naħa ta’ isfel taċ-ċirku ta’ ġewwa, fuqha hemm is-sena tal-ħruġ “2017”. Fuq ix-xellug taċ-ċirku ta’ ġewwa hemm l-iskrizzjoni “UNIVERZITA”, u tul ix-xifer tal-lemin “ISTROPOLITANA”. Fil-parti ta’ isfel fuq in-naħa tax-xellug tad-disinn hemm il-marka taz-zekka taz-Zekka Kremnica (Mincovňa Kremnica), li tikkonsisti mill-inizjali “MK” imqiegħda bejn żewġ dammi. Taħt il-marka taz-zekka hemm l-ittri stilizzati “MP”, l-inizjali tad-diżinjatur “Mária Poldaufová”.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu :
Data tal-ħruġ : Jannar 2017
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).