Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/457/12

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8302 — Koch Industries/Guardian Industries) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )

ĠU C 457, 8.12.2016, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 457/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8302 — Koch Industries/Guardian Industries)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 457/12)

1.

Fl-1 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Koch Industries, Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Guardian Industries Corp. (l-Istati Uniti tal-Amerika) kollha kemm hi permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Koch Industries, Inc.: ir-raffinar, il-kimiċi u l-bijofjuwils, prodotti tal-foresti u tal-konsumatur, fertilizzanti, polimeri u fibri, komponenti elettroniċi, tagħmir u teknoloġiji li jipporċessaw u li jikkontrollaw it-tniġġis, kummerċ fil-komoditajiet, minerali, enerġija, trobbija tal-annimali fir-ranches u investimenti.

—   għal Guardian Industries Corp.: il-manifattura madwar id-dinja ta’ ħġieġ float, prodotti tal-ħġieġ iffabbrikati u partijiet miksija tal-plastik magħmula permezz ta’ injezzjoni ġewwa forma, użati f’applikazzjonijiet awtomotivi u oħrajn, u fl-Istati Uniti tal-Amerika tqassam il-materjal tal-bini għal applikazzjonijiet kummerċjali u residenzjali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8302 — Koch Industries/Guardian Industries, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top