Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/269/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8108 — CVC/Sisal Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 269, 23.7.2016, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/39


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8108 — CVC/Sisal Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 269/09)

1.

Fil-15 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha CVC Capital Partners SICAV-FIS SA, flimkien mas-sussidjarji tagħha, u CVC Capital Partners Advisory Group Holding Foundation u s-sussidjarji tagħha (is-“CVC Group”, il-Lussemburgu), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ Sisal Group S.p.A. tal-Italja, permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CVC Group: l-għoti ta’ pariri u ġestjoni ta’ fondi ta’ investimenti, li għandhom interessi f’numru ta’ kumpaniji, fosthom Sky Bet. Sky Bet hija attiva fil-provvista ta’ servizzi ta’ logħob tal-azzard u tal-imħatri onlajn lil klijenti fir-Renju Unit, l-Irlanda, il-Finlandja, Ġibiltà, l-Isle of Man, u ċ-Channel Islands,

—   għal Sisal Group: il-provvista ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-imħatri fl-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8108 — CVC/Sisal Group, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top