Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/174/06

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8031 — 3i Group/Wood Creek/Wireless Infrastructure Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 174, 14.5.2016, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 174/16


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8031 — 3i Group/Wood Creek/Wireless Infrastructure Group)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2016/C 174/06)

    1.

    Fl-4 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi 3i Infrastructure plc (“3iN” ta’ Jersey), bażikament ikkontrollata minn 3i Group plc (“3i” tar-Renju Unit), u WIG Holdings LP tal-Istati Uniti tal-Amerika (“Wood Creek” tal-Istati Uniti tal-Amerika), bażikament ikkontrollata minn Massachusetts Mutual Life Insurance Company (“MassMutual” tal-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ WIG I Limited tar-Renju Unit (“WIG” tar-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal 3i: investimenti, ġestjoni tal-investiment u pariri ta’ ġestjoni f’ekwità privata, ġestjoni tal-infrastruttura u tad-dejn. l-investimenti ta’ 3i fl-infrastruttura b’enfasi fuq l-utilitajiet, it-trasport u l-infrastruttura soċjali huma primarjament permezz ta’ 3iN.

    —   għal MassMutual: assigurazzjoni tal-ħajja u prodotti oħra tal-assigurazzjoni.

    —   għal Wood Creek: kumpanija azzjonarja. Wood Creek hija kkontrollata minn Wood Creek Capital Management LLC (“WCCM”), li hija attiva bħala maniġer tal-investiment, iffukata prinċipalment fuq assi privati ta’ kapital ewlieni u fuq infrastruttura li hija proprjetà privata, u min-naħa tagħha din hija kkontrollata minn MassMutual.

    —   għal WIG: ġestjoni ta’ torrijiet tal-komunikazzjoni u infrastruttura oħra ta’ bla fili. WIG bħalissa hija kkontrollata minn Wood Creek.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8031 — 3i Group/Wood Creek/Wireless Infrastructure Group, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top