Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/167/12

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8028 — Fairfax Financial Holdings/OPG Commercial Holdings/Eurolife ERB Insurance Group Holding) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 167, 11.5.2016, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 167/20


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8028 — Fairfax Financial Holdings/OPG Commercial Holdings/Eurolife ERB Insurance Group Holding)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2016/C 167/12)

    1.

    Fid-29 ta’ April 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Fairfax Financial Holdings Limited (“Fairfax”, il-Kanada) u OPG Commercial Holdings SARL (“OPG”), li jappartjenu lil OMERS Group (“OMERS”, il-Kanada), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Eurolife ERB Insurance Group Holdings SA (il-Greċja) permezz ta’ xiri ta’ ishmaby way of purchase of shares.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal Fairfax: permezz tas-sussidjarji tagħha, hija impenjata fl-assigurazzjoni tal-proprjetà u għad-diżgrazzji kif ukoll fir-riassikurazzjoni u fil-ġestjoni tal-investiment. Fairfax hija elenkata fil-Borża ta’ Toronto,

    —   għal OPG: hija kumpanija azzjonarja inkorporata fil-Lussemburgu bħala parti mill-Ontario Municipal Employees Retirement System Primary Pension Plan (OMERS),

    —   għal Eurolife: permezz tas-sussidjarji tagħha, hija impenjata fl-assigurazzjoni tal-ħajja, fl-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja, fir-riassikurazzjoni u fid-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni fil-Greċja u fir-Rumanija.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8028 — Fairfax Financial Holdings/OPG Commercial Holdings/Eurolife ERB Insurance Group Holding, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top