EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/128/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7801 — Wabtec/Faiveley Transport) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 128, 12.4.2016, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/27


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7801 — Wabtec/Faiveley Transport)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 128/07)

1.

Fl-4 ta’ April 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Westinghouse Air Brake Technologies Corporation (“Wabtec”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku indirett tal-impriża Faiveley Transport S.A. kollha kemm hi (“Faiveley”, Franza) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Wabtec: il-manifattura u l-bejgħ ta’ tagħmir tal-ferroviji bħall-brejkijiet, kumpressuri tal-arja, prodotti tal-brejkijiet tal-frizzjoni, kontrolli pożittivi tal-ferroviji, pantografi, skambjaturi tas-sħana, assemblaġġi tal-bibien u tat-twieqi tal-ferroviji, lokomotivi tal-ivvjaġġar kif ukoll il-forniment ta’ servizzi fis-settur ferrovjarju,

—   għal Faiveley: il-manifattura u l-bejgħ ta’ sistemi ta’ bbrejkijiet, pantografi u prodotti relatati, couplers, draw gears, unitajiet tal-ġenerazzjoni u t-trattament tal-arja, miters tal-enerġija, kolletturi u konverturi tal-enerġija, gradi tal-pjattaforma u tal-aċċess, turġien u rampi mobbli u bibien interni u l-forniment ta’ servizzi relatati mal-prodotti u s-sistemi msemmija hawn fuq.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7801 — Wabtec/Faively Transport, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top