Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document C2016/089/13
Prior notification of a concentration (Case M.7873 — Worldline/Equens/PaySquare) (Text with EEA relevance)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7873 — Worldline/Equens/PaySquare) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7873 — Worldline/Equens/PaySquare) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 89, 5.3.2016, p. 10-10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
5.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 89/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7873 — Worldline/Equens/PaySquare)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 89/13)
|
1. |
Fis-26 ta’ Frar 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Worldline S.A. (“Worldline”, Franza), bażikament ikkontrollata minn Atos S.E. (“Atos”, Franza) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Equens S.E. kollha kemm hi, fosthom is-sussidjarja tagħha PaySquare (flimkien “Equens”, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Worldline: pagamenti u servizzi tranżazzjonali, fosthom l-affiljazzjoni ta’ kummerċjanti, l-ipproċessar akkwirenti, servizzi tal-bank onlajn, l-ipproċessar u l-ħlas tal-ħruġ ta’ liċenzji fir-rigward tas-softwer, il-forniment ta’ terminals tal-punt tal-bejgħ u servizzi relatati, prinċipalment fiż-ŻEE. — għal Equens: il-forniment tal-katina sħiħa tal-valur kemm tas-servizzi tal-ipproċessar tal-ħlas u kemm tas-servizzi għall-ipproċessar tal-kards fosthom affiljazzjoni ta’ kummerċjanti, l-ipproċessar tal-akkwirenti fiż-ŻEE. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7873 — Worldline/Equens/PaySquare, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).