Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/037/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7940 — Netto/Supermarket f’Armitage Avenue Little Hulton) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 37, 30.1.2016, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7940 — Netto/Supermarket f’Armitage Avenue Little Hulton)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 37/04)

1.

Fit-22 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi J Sainsbury plc (“Sainsbury’s”, ir-Renju Unit) u Dansk Supermarked (“Dansk”, id-Danimarka) lill-kumpaniji prinċipali lil Netto Limited, impriża konġunta li ma tiffunzjonax kompletament, jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll minn WM Morrison Supermarkets plc (“Morrisons”, ir-Renju Unit) tal-ħanut tal-bejgħ bl-imnut kollu kemm hu li jinsab f’Armitage Avenue, Worsley (“il-Ħanut fil-Mira”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Sainsbury’s: bejgħ bl-imnut ta’ oġġetti tal-merċa u mhux tal-merċa. Sainsbury’s hija wkoll attiva fil-forniment bl-imnut tal-petrol u prodotti farmaċewtiċi, servizzi bankarji għall-konsumatur u servizzi tal-assigurazzjoni. Sainsbury’s għandha aktar minn 1 300 ħanut u 161 000 impjegat fir-Renju Unit. Barra mir-Renju Unit, Sainsbury’s illimitat il-bejgħ onlajn tagħha fl-Irlanda (mill-ħwienet tagħha fl-Irlanda ta’ Fuq),

—   għal Dansk: bejgħ bl-imnut ta’ oġġetti tal-merċa u mhux tal-merċa fid-Danimarka, il-Ġermanja, il-Polonja, l-Isvezja u r-Renju Unit (minħabba l-interess tagħha f’Netto) permezz tal-formuli kummerċjali Føtex, Bilka, Netto u Salling. Dansk ma għandha l-ebda attivitajiet fir-Renju Unit minbarra l-interess tagħha fl-impriża konġunta (joint venture, JV) f’Netto,

—   għal Netto: ħanut tal-bejgħ bl-imnut ta’ oġġetti tal-merċa u mhux tal-merċa,

—   għall-Ħanut fil-Mira: ħanut tal-bejgħ bl-imnut li jinsab f’Armitage Avenue, Worsley fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7940 — Netto/Supermarket f’Armitage Avenue Little Hulton, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top