Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/019/06

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7726 — Coty/Procter & Gamble Beauty Businesses) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 19, 20.1.2016, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 19/12


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7726 — Coty/Procter & Gamble Beauty Businesses)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2016/C 19/06)

    1.

    Fit-12 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Coty Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerika, “Coty”) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ parti sinifikanti tan-negozji globali fil-kura tax-xagħar, il-kulur u l-istil, kulur tal-kożmetiċi u l-fwejjaħ ta’ Procter & Gamble Company (l-Istati Uniti tal-Amerika, “in-Negozji fil-Mira”) permezz ta’ xiri ta’ ishma. It-tranżazzjoni proposta bażikament se ssir permezz tal-amalgamazzjoni ta’ sussidjarja ta’ Coty ma’ u f’sussidjarja li għadha kif ġiet iffurmata ta’ Procter & Gamble Company, li se jkollha n-Negozji fil-Mira.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Coty hija manifattur globali ta’ prodotti tas-sbuħija. Il-prodotti ewlenin tagħha huma fwejjaħ, kożmetiċi tal-kulur u prodotti tal-kura tal-ġilda u tal-ġisem.

    In-Negozji fil-Mira jimmanifatturaw u jiddistribwixxu globalment prodotti taż-żebgħa u ta’ stil tax-xagħar, kożmetiċi tal-kulur u fwejjaħ.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7726 — Coty/Procter & Gamble Beauty Businesses, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top