Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/385/06

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7759 — OMERS/AIMCo/ERM) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 385, 19.11.2015, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 385/15


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7759 — OMERS/AIMCo/ERM)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2015/C 385/06)

    1.

    Fit-12 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Alberta Investment Management Corporation f’isem ċerti klijenti tagħha (il-Kanada, “AIMCo”), u OCP Investment Corporation, li tappartjeni lil OMERS Group (il-Kanada, “OMERS”), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża ERM Worldwide Group Limited kollha kemm hi (il-Kanada, “ERM”) permezz ta’ ftehim b’għażla.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    OMERS huwa l-amministratur ta’ Ontario Municipal Employees Retirement System Primary Pension Plan u fiduċjarju tal-fondi tal-pensjoni. Hija tamministra portafoll globali diversifikat tal-istokks u tal-bonds kif ukoll proprjetà immobbli, ekwità privata u investimenti fl-infrastruttura.

    AIMCo hija waħda mill-akbar manager tal-fondi tal-investiment istituzzjonali u l-aktar divesrifikata tal-Kanada li tinvesti globalment f’isem il-klijenti tagħha, bosta pensjonijiet, fondi ta’ dotazzjoni u tal-gvern fil-Provinċja ta’ Alberta.

    ERM hija fornitur globali ta’ servizzi ambjentali, tas-saħħa, is-sikurezza, ir-riskju u dawk ta’ konsulenza soċjali (“EHS”).

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7759 — OMERS/AIMCo/ERM, fl-indirizz li ġej:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top