Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/370/05

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7784 — CF Industries Holdings/OCI Business) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 370, 7.11.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 370/5


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7784 — CF Industries Holdings/OCI Business)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2015/C 370/05)

    1.

    Fit-30 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża CF Industries Holdings, Inc. (“CF”, l-Istati Uniti tal-Amerka) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ partijiet ta’ OCI NV (“OCI Business”) permezz tax-xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   CF: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ fertilizzanti tan-nitroġenu u prodotti oħra tan-nitroġenu. Hija topera kumplessi tal-manifattura tan-nitroġenu fl-Istati Uniti tal-Amerka, il-Kanada u r-Renju Unit, u tqassam nutrijenti tal-pjanti permezz ta’ terminals, imħażen, u tagħmir tat-trasport assoċjat lokalizzati prinċipalment fl-Istati Uniti tal-Amerka,

    —   OCI Business: il-manifattura u l-forniment ta’ fertilizzanti tan-nitroġenu, il-melamina u l-metanol u l-kummerċ u d-distribuzzjoni ta’ fertilizzanti tan-nitroġenu. Huwa għandu faċilitajiet ta’ manifattura fl-Istati Uniti tal-Amerka u n-Netherlands, u netwerk ta’ distribuzzjoni globali.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7784 — CF Industries Holdings/OCI Business, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top