Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/362/13

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7779 — Trafigura/Nyrstar) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 362, 31.10.2015, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 362/20


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7779 — Trafigura/Nyrstar)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2015/C 362/13)

    1.

    Fis-26 ta’ Ottubru 2015 il-Kummisjsoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Trafigura Beheer B.V. (“Trafigura”, in-Netherlands) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani de facto ta’ Nyrstar (il-Belġju).

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Trafigura hija waħda mill-kummerċjanti ewlenin internazzjonali ta’ kommoditajiet fid-dinja. In-negozji primarji ta’ kummerċ ta’ Trafigura huma l-provvista u t-trasport taż-żejt mhux maħdum, prodotti petroliferi, gass naturali, gass naturali likwifikat, metalli (inklużi l-kupru, iċ-ċomb, iż-żingu u l-aluminju) u minerali u konċentrati tal-metall,

    Nyrstar hija kumpanija integrata tal-estrazzjoni u tal-metall b’pożizzjonijiet stabbiliti fiż-żingu u ċ-ċomb u qed tkabbar il-pożizzjoni tagħha fejn jidħlu metalli oħra ta’ bażi u dawk prezzjużi. Nyrstar għandha operazzjonijiet ta’ estrazzjoni, ta’ tidwib u oħrajn, madwar id-dinja kollha.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni b’faks (+32 22964301), b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7779 — Trafigura/Nyrstar, fl-indirizz li ġej:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top