Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/310/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7688 — Intel/Altera) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 310, 19.9.2015, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7688 — Intel/Altera)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 310/07)

1.

Fid-9 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Intel Corporation (“Intel”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Altera Corporation (“Altera”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Intel: it-tfassil u l-manifattura ta’ komponenti tal-informatika u l-komunikazzjoni, bħal mikroproċessuri (magħrufa ukoll bħala CPUs), chipsets, motherboards, u prodotti tal-konnettività mingħajr fil u bil-fil, kif ukoll pjattaformi li jinkorpora dawn il-komponenti;

—   għal Altera: it-tfassil u l-bejgħ ta’ varjetà ta’ prodotti ta’ semikondutturi, inkluż apparat logiku programmabbli (“PLDs”), kategorija ta’ prodott li tinkludi kemm field-programmable gate arrays (“FPGAs”) u apparat logiku programmabbli kumpless (“complex programmable logic devices - CPLDs”).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7688 — Intel/Altera f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top