Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/303/05

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7761 — Permira/OTPP/GFKL Group/Lowell Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 303, 15.9.2015, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 303/7


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7761 — Permira/OTPP/GFKL Group/Lowell Group)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2015/C 303/05)

    1.

    Fl-4 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l- Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Permira Holdings Limited (“Permira”, Guernsey), permezz tas-sussidjarja tagħha Garfunkelux S.à.r.l, u Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”, il-Kanada) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Metis Bidco Limited u sussidjarji li huma kompletament proprjetà tagħha (flimkien “Lowell Group”, ir-Renju Unit) u ta’ Garfunkelux Holdco 1 S.à.r.l. u s-sussidjarji li huma kompletament proprjetà tagħha (flimkien “GFKL Group”, il-Ġermanja).

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   Permira: ditta ta’ ekwità privata attiva f’varjetà ta’ setturi li għandhom potenzjal għat-tkabbir u l-iżvilupp, globalment,

    —   OTPP: korporazzjoni mingħajr kapital azzjonarju responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ benefiċċji tal-pensjoni u l-investimenti ta’ assi ta’ fondi tal-pensjoni f’isem l-għalliema fil-Kanada,

    —   GFKL Group: fornitur ta’ servizzi ta’ rkupru tad-dejn tal-konsumaturi u li jopera fil-Ġermanja,

    —   Lowell Group: fornitur ta’ servizzi ta’ rkupru tad-dejn tal-konsumaturi u li jopera fir-Renju Unit.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min wieħed jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7761 — Permira/OTPP/GFKL Group/Lowell Group, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top