Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/281/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7755 — Mahindra/MHI/MAM) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 281, 26.8.2015, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 281/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7755 — Mahindra/MHI/MAM)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 281/06)

1.

Fid-19 ta' Awwissu 2015 il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriżi Mitsubishi Heavy Industries Ltd. (“MHI”, il-Ġappun) u Mahindra & Mahindra Limited (“Mahindra”, l-Indja) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Mitsubishi Agricultural Machinery Co. Ltd. (“MAM”, il-Ġappun), permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal MHI: l-inġinerija, il-manifattura u l-bejgħ ta’ tagħmir elettriku u elettroniku,

—   għal Mahindra: il-manifattura u l-bejgħ ta’ vetturi utilitarji u tagħmir agrikolu,

—   għal MAM: il-manifattura u l-bejgħ ta' tagħmir agrikolu,

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.7755 — Mahindra/MHI/MAM, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top