This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2015/265/03
Prior notification of a concentration (Case M.7713 — REWE ZF/Kuoni Reisen and Related Group Companies) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance)
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7713 — REWE ZF/Kuoni Reisen and Related Group Companies) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7713 — REWE ZF/Kuoni Reisen and Related Group Companies) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 265, 13.8.2015, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 265/4 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7713 — REWE ZF/Kuoni Reisen and Related Group Companies)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 265/03)
1. |
Fil-5 ta’ Awwissu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha REWE-Zentralfinanz eG (“REWE ZF”, il-Ġermanja), sussidjarja kollha kemm hi proprjetà ta’ REWE Group, takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ parti tad-diviżjoni tal-vjaġġi ta’ Kuoni Investments (“it-Target Companies”) minn Kuoni Travel Investments Ltd (“Kuoni Investments”, l-Iżvizzera), permezz tax-xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32/2/2964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7713 — REWE ZF/Kuoni Reisen and Related Group Companies, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.