This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2015/253/13
Prior notification of a concentration (Case M.7477 — Halliburton/Baker Hughes) (Text with EEA relevance)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7477 — Halliburton/Baker Hughes) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7477 — Halliburton/Baker Hughes) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 253, 1.8.2015, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
1.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7477 — Halliburton/Baker Hughes)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 253/13)
|
1. |
Fit-23 ta’ Lulju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Halliburton Company (“Halliburton”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Baker Hughes Incorporated kollha kemm hi (“Baker Hughes”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Halliburton: il-provvista tas-servizz tal-bjar taż-żejt fuq skala globali lill-kumpaniji li jfittxu ż-żejt u l-gass b’enfasi fuq it-tħaffir u l-valutazzjoni tal-bjar kif ukoll it-tlestija u l-produzzjoni tal-bjar, — għal Baker Hughes: il-provvista ta’ servizzi tal-bjar taż-żejt fuq skala globali lill-kumpaniji li jfittxu ż-żejt u l-gass u lil dawk tal-produzzjoni b’enfasi fuq it-tħaffir u l-valutazzjoni tal-bjar kif ukoll it-tlestija u l-produzzjoni tal-bjar. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7477 — Halliburton/Baker Hughes, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).