This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2014/410A/01
Recruitment for the European Medicines Agency (London)
Reklutaġġ għall-aġenzija ewropea għall-mediċini (Londra)
Reklutaġġ għall-aġenzija ewropea għall-mediċini (Londra)
ĠU C 410A, 18.11.2014, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 410/1 |
REKLUTAĠĠ GĦALL-AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-MEDIĊINI (LONDRA)
2014/C 410 A/01
L L-Aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)). L-Aġenzija ġiet imwaqqfa f'Jannar tal-1995. Hija għandha ħafna kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, it-28 Stat Membru tal-UE, il-pajjiżi taż-ŻEE-EFTA u ħafna gruppi oħra fis-settur pubbliku u privat.
Aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija u l-attivitajiet tagħha hija disponibbli permezz tal-Internet; l-indirizz tal-websajt tagħna huwa http://www.ema.europa.eu
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) qed torganizza proċeduri ta' selezzjoni bl-għan li titfassal lista ta' riżerva għal:
EMA/AD/367: Analist tan-Negozju, Dipartiment tal-Iżvilupp tat-Teknoloġija tal-Informatika (AD 6)
EMA/AD/368: Maniġer tal-proġett, Diviżjoni tat-Teknoloġija tal-Informatika (AD 6)
EMA/AD/369: Maniġer tal-programm, appoġġ lill-Kap tad-Diviżjoni, Diviżjoni tal-Mediċini Veterinarji (AD 5)
Il-kandidati magħżula jitniżżlu fuq lista ta' riżerva u, skont is-sitwazzjoni finanzjarja, jiġi offrut lilhom kuntratt ta' ħames snin li jiġġedded, konformi mal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea (2).
Il-post tal-impjieg ikun Londra.
Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Islanda, tan-Norveġja jew tal-Liechtenstein, bil-kundizzjoni li jkunu jgawdu mid-drittijiet kollha bħala ċittadini.
Il-kundizzjonijiet kollha u d-deskrizzjoni tal-impjieg għandhom jitniżżlu mill-websajt tal-Aġenzija:
http://www.ema.europa.eu/ema/ taħt “Careers at the Agency”
L-applikazzjonijiet iridu jsiru b’mod elettroniku permezz tal-formoli disponibbli fuq il-websajt tal-Aġenzija. Id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-formoli ta’ applikazzjoni hija s-6 ta’ Jannar 2015 f’nofsillejl.
Jekk jogħġbok żomm f’moħħok illi minħabba fin-numru kbir ta’ applikazzjonijiet li tirċievi l-Aġenzija meta jasal iż-żmien tal-għeluq għall-applikazzjonijiet, is-sistema jista’ jinqalgħalha problemi biex tipproċessa ammonti kbar ta’ data. Għaldaqstant, huwa rakkomandabbli li l-applikanti jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom ferm aktar qabel mid-data perentorja.
Jekk tixtieq tirċievi l-avviżi tal-pubblikazzjonijiet ta' impjiegi battala b'mod elettroniku jekk jogħġbok irreġistra onlajn għal RSS feed fuq http://www.ema.europa.eu/ema/ taħt “RSS news feeds”.
(1) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15.