EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/260/11

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7291 — Versalis/Novamont) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 260, 9.8.2014, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/11


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7291 — Versalis/Novamont)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 260/11

1.

Fl-1 ta’ Awwissu 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi Versalis S.p.A. (“Versalis”, l-Italja), ikkontrollata minn ENI S.p.A. (“ENI”, l-Italja), u Novamont S.p.A. (“Novamont”, l-Italja) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkonsisti f’joint venture.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Versalis hija attiva fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ portafoll wiesa’ ta’ prodotti petrokimiċi, kif ukoll fil-bejgħ ta’ liċenzji li jirrigwardaw it-teknoloġiji u l-għarfien tagħha, Versalis hija sussidjarja proprjetà sħiħa ta’ Eni, kumpanija multinazzjonali Taljana taż-żejt u tal-gass, li topera f’għadd kbir ta’ oqsma inkluża l-enerġija nukleari, l-enerġija, il-kimika, il-plastika u raffinar.

Novamont hija kumpanija Taljana attiva fil-produzzjoni tal-bijoplastika bbażata fuq prodotti bijo u polimeri bijodegradabili li jinkisbu parzjalment jew kollha kemm huma minn riżorsi rinnovabbli.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7291 — Versalis/Novamont, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top