Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/160/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

ĠU C 160, 27.5.2014, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/5


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2014/C 160/05)

Image

Il-muniti euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet adottati f’dan ir-rigward mill-Kunsill fl-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-UE li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti taż-Eur 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Il-Belġju

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-100 sena mill-bidu tal-gwerra 1914–1918

Deskrizzjoni tad-disinn : Fil-parti ta’ ġewwa tal-munita tidher pepprina komuni fuq is-snin 2014–18. Taħt dawn is-snin hemm il-kitba “The Great War Centenary”, u taħtha il-marka tal-mastru taz-zekka u l-marka taz-zekka ta’ Brussell, u profil bl-elmu tal-Arkanġlu Mikiel. Fuq in-naħa ta’ fuq tal-parti ċentrali, hemm l-indikazzjoni bi tliet lingwi BELGIE — BELGIQUE — BELGIEN.

Iċ-ċirku estern tal-munita jirrappreżenta t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 1,75 miljun

Date ta’ ħruġ : April 2014


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-“Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji”tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top