Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/378/21

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7052 – Lloyds Development Capital/PostNL/TNT Post UK) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 378, 24.12.2013, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 378/35


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.7052 – Lloyds Development Capital/PostNL/TNT Post UK)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2013/C 378/21

    1.

    Fis-16 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Lloyds Development Capital (Holdings) Limited (“LDC”, ir-Renju Unit) u PostNL NV (“PostNL”, il-Pajjiżi l-Baxxi) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża TNT Post UK (ir-Renju Unit), permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    LDC tispeċjalizza fl-ekwità privata, b’enfasi fuq l-akkwiżizzjonijiet mill-maniġment, l-akkwiżizzjonijiet istituzzjonali u tranżazzjonijiet ta' kapital għall-iżvilupp minn netwerk ta’ uffiċċji reġjonali, fil-biċċa l-kbira madwar ir-Renju Unit. Hija sussidjarja li tappartjeni kompletament għal Lloyds Banking Group plc, li joffri firxa sħiħa ta’ servizzi finanzjarji, inkluż il-bejgħ bl-imnut u ibbankjar bl-ingrossa, servizzi ta' assigurazzjoni u ta’ ġestjoni tal-investiment,

    PostNL jipprovdi posta, pakketti u servizzi ta’ appoġġ, kemm fiżiċi u diġitali, fil-pajjiż tagħha l-Pajjiżi l-Baxxi, kif ukoll fir-Renju Unit, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Belġju (u postijiet oħrajn). Fir-Renju Unit, PostNL tipprovdi servizzi permezz ta’ TNT Post UK u Spring Global Mail,

    TNT Post UK topera permezz ta’ netwerk ta’ sussidjarji operattivi akkwiżiti totalment biex tipprovdi servizzi postali fir-Renju Unit.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7052 – Lloyds Development Capital/PostNL/TNT Post UK, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Top