Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/361/05

    Sejħiet għal proposti skont il-programm ta' ħidma pluriennali għall-2013 għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 1675 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8755)

    ĠU C 361, 11.12.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 361/8


    Sejħiet għal proposti skont il-programm ta' ħidma pluriennali għall-2013 għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013

    (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 1675 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8755)

    2013/C 361/05

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea b'dan qed iniedi ħames sejħiet għal proposti, skont il-programm ta’ ħidma pluriennali għan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013, sabiex jingħataw għajnuniet finanzjarji għall-oqsma li ġejjin:

    Azzjonijiet dwar Proġetti Prijoritarji (PPs) – l-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula huwa ta' EUR 50 miljun.

    Awtostradi tal-Baħar (MoS) – l-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula huwa ta' EUR 80 miljun.

    Sistemi Ewropej tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) – l-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula huwa ta' EUR 70 miljun.

    Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM) – l-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula huwa ta' EUR 30 miljun.

    Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS) – l-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula huwa ta' EUR 50 miljun.

    Il-proposti jridu jitressqu sas-17 ta' Marzu 2014.

    It-testi sħaħ tas-sejħiet għal proposti huma disponibbli fuq:

    http://tentea.ec.europa.eu/en/apply_for_funding/follow_the_funding_process/calls_for_proposals_2013.htm


    Top