Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/313/07

    Seduta Plenarja

    ĠU C 313, 26.10.2013, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 313/4


    Seduta Plenarja

    2013/C 313/07

    Fit-23 ta’ Settembru 2013, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, għall-perijodu mit-23 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2016 u skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li, jekk wara n-nomina ta’ Avukat Ġenerali skont l-Artikolu 17 tar-Regoli tal-Proċedura, l-imħallfin ikun b’numru żewġ fis-seduta plenarja tal-Qorti Ġenerali, il-lista stabbilita minn qabel, applikabbli matul il-perijodu ta’ tliet snin li għalih jiġu eletti l-Presidenti tal-Awli komposti minn ħames imħallfin, li biha l-President tal-Qorti Ġenerali jaħtar l-imħallef li ma huwiex ser jieħu sehem fl-għoti tad-deċiżjoni fuq il-kawża, tkun f’ordni invers għall-preċedenza li l-imħallfin jingħataw skont l-anzjanità fil-kariga tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regoli tal-Proċedura, ħlief jekk l-imħallef hekk maħtur ikun l-imħallef relatur. F’dan l-aħħar każ, ikun l-imħallef li jiġi minnufih qablu fl-ordni ta’ preċedenza li jinħatar.


    Top