Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/266/02

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

ĠU C 266, 17.9.2013, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/2


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2013/C 266/02

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Italja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinni tal-muniti tal-euro l-ġodda kollha, bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jkollhom jaħdmu bil-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-UE li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti taż-żewġ euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom jippreżenta disinn kommemorattiv tassew simboliku fuq livell nazzjonali jew Ewropew.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: Ir-Repubblika Taljana

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Is-700 Anniversarju mit-twelid ta' Giovanni BOCCACCIO.

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri tlett kwarti tar-ras ta' Giovanni BOCCACCIO jħares lejn il-lemin, meħuda mill-affresk ta' Andrea Del Castagno, madwar l-1450 (Firenze, Galleria degli Uffizi); mad-dawra, fil-qiegħ, BOCCACCIO 1313 2013; fuq il-lemin, fuq xulxin, l-ittri R (il-monogramma taz-Zekka ta’ Ruma)/RI (il-monogramma tar-Repubblika Taljana)/m (il-monogramma tal-Awtur Mauri).

Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 10 miljuni

Id-data tal-ħruġ: Lulju 2013


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top