Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/265/09

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6967 – BNP Paribas Fortis/Belgacom/Belgian Mobile Wallet) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 265, 14.9.2013, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 265/16


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6967 – BNP Paribas Fortis/Belgacom/Belgian Mobile Wallet)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2013/C 265/09

    1.

    Fis-6 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi BNP Paribas Fortis SA/NV (“BNPPF”, il-Belġju) u Belgacom SA/NV (“Belgacom”, il-Belġju) se jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal- Belgian Mobile Wallet JV (“Belgian Mobile Wallet”, il-Belġju), permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    BNP Paribas Fortis: l-għoti ta’ servizzi bankarji u finanzjarji fil-Belġju,

    Belgacom: l-għoti ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet bl-ingrossa u bl-imnut, il-provvista ta' telekomunikazzjonijiet fissi u mobbli u l-għoti ta' servizzi tal-leħen u tad-dejta, prinċipalment fil-Belġju,

    Belgian Mobile Wallet: provvista bl-imnut ta’ pjattaformi għall-kartiera mobbli, ta' kummerċjalizzazzjoni/reklamar mobbli, ta' servizzi ta' analiżi tad-dejta u ta' servizzi ta’ ħażna tal-biljetti.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6967 – BNP Paribas Fortis/Belgacom/Belgian Mobile Wallet, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    Place Madou/Madouplein 1

    1210 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Top