Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument C2013/132/09

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6900 – Borealis/Rosier/GPN) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 132, 9.5.2013, str. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 132/14


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6900 – Borealis/Rosier/GPN)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2013/C 132/09

    1.

    Fis-26 ta’ April 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Borealis AG (“Borealis”, l-Awstrija), li fl-aħħar hija kkontrollata minn OMV AG u International Petroleum Investment Company PJSC, qed tippjana li takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b), tar-Regolament dwar l-Għaqdiet direttament jew indirettament permezz tas-sussidjarja tagħha Borealis France SAS (“Borealis France”, Franza) jew entità legali oħra kkontrollata minn Borealis AG, il-kontroll sħiħ ta' GPN SA (“GPN”, Franza) u Rosier SA (“Rosier”, il-Belġju) permezz ta' xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Borealis AG: il-forniment ta' soluzzjonijiet innovattivi fl-oqsma tal-poljolefini, kimiċi bażi u fertilizzanti,

    għal GPN: il-manifattura ta' fertilizzanti tan-nitroġenu u prodotti industrijali relatati bbażati fuq in-nitroġenu,

    għal Rosier: il-manifattura ta' fertilizzanti minerali.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6900 – Borealis/Rosier/GPN, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Na vrh