Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/051/09

    Sejħa għal espressjoni ta’ interess fis-sħubija fil-Kumitat xjentifiku taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga

    ĠU C 51, 22.2.2013, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 51/15


    Sejħa għal espressjoni ta’ interess fis-sħubija fil-Kumitat xjentifiku taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga

    2013/C 51/09

    Din is-sejħa qiegħda ssir lil xjenzati li jixtiequ jitqiesu kandidati għas-sħubija fil-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA.

    Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (EMCDDA), li huwa bbażat f’Lisbona, il-Portugall, twaqqaf biex jagħti lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha “informazzjoni fattwali, oġġettiva, affidabbli u kumparabbli fuq il-livell Ewropew dwar id-drogi u d-dipendenza mid-drogi u l-konsegwenzi tagħhom” (1). Għal aktar tagħrif dwar l-EMCDDA, jekk jogħġbok żur is-sit elettroniku

    http://www.emcdda.europa.eu

    Il-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA

    Il-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA twaqqaf bl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (riformulazzjoni) (1).

    Il-kompitu tal-Kumitat Xjentifiku jikkonsisti fl-għajnuna lill-Bord Maniġerjali u lid-Direttur tal-EMCDDA bl-għoti ta’ opinjoni dwar kwalunkwe kwistjoni xjentifika li jkollha x’taqsam mal-attività taċ-Ċentru li l-Bord Maniġerjali jew id-Direttur ikun ressaqlu.

    Barra dan, il-valutazzjoni tar-riskji ta’ sustanzi psikoattivi ġodda ssir taħt l-awspiċji tal-Kumitat Xjentifiku, b’mod konformi mal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta’ Mejju 2005 dwar l-iskambju tal-informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskji u l-kontroll tas-sustanzi psikoattivi ġodda (2).

    Il-Kumitat Xjentifiku ser ikun magħmul mill-iżjed 15-il xjenzat magħruf li jinħatru mill-Bord Maniġerjali abbażi tal-eċċellenza xjentifika u tal-indipendenza tagħhom. Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku ser jinħatru b’kapaċità personali u għandhom jagħtu l-opinjonijiet tagħhom b’mod għalkollox indipendenti mill-Istati Membri u mill-Istituzzjonijiet Ewropej.

    Dawn ikopru l-iżjed oqsma xjentifiċi rilevanti li għandhom x’jaqsmu mal-problemi tad-drogi u d-dipendenzi mid-droga:

    Riċerka bijoloġika, newrobijoloġika u komportamentali bażika (inkluża riċerka eżjoloġika u riċerka dwar imġiba konnessa mad-dipendenza);

    Riċerka bbażata fuq il-popolazzjoni u l-epidemjoloġija (inklużi eżerċizzji ta’ stħarriġ fuq il-post u studji etnografiċi);

    It-tnaqqis fid-domanda (inklużi l-prevenzjoni, it-trattament, it-tnaqqis tal-ħsara u reintegrazzjoni);

    Il-provvista, it-tnaqqis fil-provvista u l-kriminalità;

    Il-politika dwar id-droga (inklużi liġijiet, kwistjonijiet ekonomiċi u strateġiji).

    Il-kandidati li jinħatru membri fil-Kumitat Xjentifiku ser jintalbu jiddikkjaraw kwalunkwe kunflitt ta’ interess possibbli u jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ indipendenza u impenn għall-attivitajiet tal-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA.

    Iżjed informazzjoni u l-formuli tal-applikazzjoni jinsabu fis-sit elettroniku Ingliż tal-EMCDDA http://www.emcdda.europa.eu/calls/2013/sc. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fuq l-emajl scicom.call2013@emcdda.europa.eu jew bil-posta rreġistrata fl-indirizz li jidher hawn taħt. Il-karti tal-formuli tal-applikazzjoni huma disponibbli wkoll bil-posta mill-istess indirizz:

    EMCDDA

    Attn: Scientific Committee selection

    Cais do Sodré

    1249-289 Lisboa

    PORTUGAL

    Skadenza

    L-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet tagħlaq fil-15 ta’ April 2013 fil-17.00, ħin ta' Lisbona (data u s-siegħa tal-marka tal-posta jew emejl). L-EMCDDA żżomm id-dritt li tinjora kull espressjoni ta’ interess li tintbagħat wara din id-data.


    (1)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1. Ara: http://www.emcdda.europa.eu/index.cfm?fuseaction=public.Content&nNodeID=382&sLanguageISO=EN

    (2)  ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.


    Top