EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/021/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

ĠU C 21, 24.1.2013, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 21/11


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2013/C 21/05

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Lussemburgu

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bl-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti tal-euro għandhom il-permess joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, sakemm jiġu rrispettati ċerti kundizzjonijiet, partikolarment li tintuża biss id-denominazzjoni ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: Il-Lussemburgu

Suġġett tal-kommemorazzjoni: iż-żwieġ tal-Eredi Gran Duka Guillaume mal-Kontessa Stéphanie de Lannoy

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-munita fuq in-naħa tax-xellug tal-parti ta’ ġewwa turi x-xbiha tal-Altezza Rjali Tiegħu l-Gran Duka Henri, u fuq in-naħa tal-lemin tal-parti ta’ ġewwa x-xbiha tal-Eredi Gran Duka Guillaume sovraposta fuq ix-xbiha tal-Kontessa Stéphanie. Il-kliem “PRËNZENHOCHZAÏT” u “LËTZEBUERG” u s-sena “2012”, maġenb il-marka taz-zekka u l-inizjali tal-mastru taz-Zekka, jidhru fuq in-naħa t’isfel tal-parti ta’ ġewwa tal-munita.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Numru ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 1,4 miljuni

Data tal-ħruġ: Diċembru 2012


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top