Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/310/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6721 – First Reserve Management/SK Capital Partners/TPC) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 310, 13.10.2012, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/41


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6721 – First Reserve Management/SK Capital Partners/TPC)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 310/07

1.

Fit-8 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi First Reserve Management, L.P. (“First Reserve”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u SK Capital Partners (“SK”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża TPC Group Inc. (“TPC”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal First Reserve: l-ekwità privata u l-investiment infrastrutturali li jispeċjalizza fl-industrija tal-enerġija, inklużi s-servizzi marbutin mal-medda taż-żejt, l-infrastruttura tal-enerġija kif ukoll ir-riservi tal-elettriku u tal-enerġija,

għal SK: kumpanija ta’ investiment privat b'attenzjoni speċjali fuq materjali speċjalizzati, is-setturi tal-prodotti kimiċi u tal-kura tas-saħħa, u,

għal TPC: il-manifattura ta’ prodotti b'valur miżjud li ġejjin minn materja prima petrokimika, bħall-idrokarburi C3 u C4, li huma użati fil-manifattura ta’ kimiki ta’ prestazzjoni u ta' speċjalità.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6721 – First Reserve Management/SK Capital Partners/TPC, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top