Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/228/06

Avviż ta' reklutaġġ PE/159/S

ĠU C 228, 31.7.2012, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/10


Avviż ta' reklutaġġ PE/159/S

2012/C 228/06

Il-Parlament Ewropew qed jorganizza l-proċedura ta' għażla:

PE/159/S – Kap tal-Unità (AD 9) – L-Uffiċċju ta' Informazzjoni tal-Parlament Ewropew fis-Slovenja

Din il-proċedura ta' għażla tirrikjedi livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal kors ta' grad Universitarju komplut iċċertifikat b'diploma uffiċjalment rikonoxxuta f'wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Il-kandidati jeħtieġ li, sad-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u minn meta jkunu kisbu l-kwalifika msemmija hawn fuq, ikollhom tal-anqas 10 snin esperjenza professjonali rilevanti għan-natura tal-funzjonijiet, li minnhom 3 snin jeħtieġ li jkunu f'pożizzjoni maniġerjali.

Dan l-avviż ta' reklutaġġ qed jiġi ppubblikat biss bis-Sloven. It-test sħiħ jinsab f'Il-Ġurnal Uffiċjali C 228 A b’din il-lingwa.


Top