Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/127/04

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6563 – Mexichem SIH/Wavin) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 127, 1.5.2012, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 127/4


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6563 – Mexichem SIH/Wavin)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 127/04

    1.

    Fit-23 ta’ April 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Mexichem Soluciones Integrales Holding SA de C.V. (“Mexichem”) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-impriża kollha Wavin N.V. (“Wavin”), permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fid-9 ta’ Marzu 2012.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Mexichem tispeċjalizza fl-iżvilupp, fil-produzzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni globali tal-klorur tal-polivinil (PVC) u ta' plastikizzaturi, kif ukoll fil-produzzjoni u fil-fornitura ta' xi sustanzi intermedjarji. Mexichem tipproduċi wkoll sistemi ta' pajpijiet magħmula mill-PVC, ġonot u aċċessorji tal-plastik għall-konduttività ta' fluwidi, b'mod partikolari għall-ilma, iżda anke għall-elettriku u l-gass naturali,

    Wavin tispeċjalizza fil-manifattura u fil-fornitura ta' sistemi ta' pajpijiet magħmula minn materjali varji. Wavin tipproduċi u tbiegħ sistemi ta' pajpijiet u soluzzjonijiet maħsuba għall-gass, għall-ilma, għad-dranaġġ, għall-inkanalar ta' kejbils u għal skopijiet oħra ta' kostruzzjoni, kif ukoll l-aċċessorji li jmorru ma' dawn is-sistemi.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6563 – Mexichem SIH/Wavin, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Top