EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/060/06

MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ – Sejħa Għall-proposta – EACEA/7/12 – Sostenn għad-distribuzzjoni transnazzjonali tal-Films Ewropej – L-iskema “awtomatika” 2012

ĠU C 60, 29.2.2012, p. 9–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/9


MEDIA 2007 – ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U TAĦRIĠ

Sejħa Għall-proposta – EACEA/7/12

Sostenn għad-distribuzzjoni transnazzjonali tal-Films Ewropej – L-iskema “awtomatika” 2012

2012/C 60/06

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ Sejħa għall-Proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (1).

Wieħed mill-għanijiet tal-programm huwa li tiġi inkoraġġita u sostnuta d-distribuzzjoni transnazzjonali usa’ tal-films Ewropej riċenti permezz ta’ fondi lid-distributuri, abbażi ta’ kif imorru fis-suq, għal investiment ulterjuri f’films ġodda mhux Ewropej.

L-iskema timmira wkoll li tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ komunikazzjoni bejn l-oqsma ta’ produzzjoni u distribuzzjoni - bir-riżultat ikun it-titjib tas-sehem tas-swieq tal-films Ewropej; u l-kompetittività tal-Kumpaniji Ewropej.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa immirat għall-kumpaniji Ewropej li jispeċjalizzaw fid-distribuzzjoni teatrali tax-xogħlijiet Ewropej u li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu mal-għanijiet imsemmija tal-programm MEDIA kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea

il-pajjiżi taż-ŻEE, l-Iżvizzera u l-Kroazja

Il-Bosnja-Ħerzegovina (taħt il-kundizzjoni tal-finalizzazzjoni tal-proċess ta’ negozjati u l-formalizzazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ dan il-pajjiż għall-programm MEDIA).

3.   Azzjonijiet eliġibbli

L-iskema “awtomatika” ta’ appoġġ hija maqsuma f’żewġ fażijiet:

Il-ħolqien ta’ fond potenzjali, bi proporzjon man-numru ta’ biljetti tad-dħul imħallsa li ġew mibjugħa għal films Ewropej nondomestiċi fi Stati li qed jieħdu sehem fil-programm matul is-sena ta’ referenza (2011), sa massimu limitat għal kull film u adattat għal kull pajjiż.

L-iskrinjar tal-gruppi jew tal-għaqdiet li ma għandhomx imposti fuqhom prezz tal-biljett individwali, mhux se jkun eliġibbli. L-ammissjonijiet kollha għandhom ikunu koperti mis-sistemi nazzjonali rilevanti ta’ rapportar u verifika li jippermettu lill-Awtorità Nazzjonali li tiċċertifikahom. L-EACEA tirriżerva d-dritt li tirrifjuta l-applikazzjonijiet fejn jidhrilha li mhux il-kundizzjonijiet kollha jkunu ġew sodisfatti.

Investiment mill-ġdid tal-Fond potenzjali: għaldaqstant iġġenerat minn kull kumpanija, il-Fond irid jiġi investit fi 3 modi (3 tipi ta’ azzjoni) sal-1 ta’ Ottubru 2013:

(1)

il-koproduzzjoni ta’ films Ewropej nondomestiċi;

(2)

l-akkwist tad-drittijiet ta’ distribuzzjoni, per eżempju permezz ta’ garanziji minimi, ta’ films Ewropej nondomestiċi; u/jew fi

(3)

spejjeż ta’ editjar (stampar, doppjar, sottotitolaġġi), spejjeż ta’ reklamar u spejjeż ta’ pubbliċità għal films Ewropej nondomestiċi.

Sabiex il-film ikun eliġibbli l-ewwel jeddijiet miżmuma ma jkunux iridu ġew imwaqqfa qabel l-2008.

 

Tip ta’ azzjoni 1 & 2:

It-tul massimu tal-azzjonijiet huwa ta’ 30 xahar, mill-1 ta’ Ottubru 2012 sal-1 ta’ April 2015

 

Tip ta’ azzjoni 3:

It-tul massimu tal-azzjonijiet huwa ta’ 42 xahar, mill-1 ta’ April 2012 sal-1 ta’ Ottubru 2015.

Applikazzjoni ta’ investiment mill-ġdid iridu jintbagħtu lill-Aġenzija sad-dati ta’ skadenza msemmija fit-tabella t’hawn taħt.

Tema

Dati tal-proġett

Data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni ta’ investiment mill-ġdid tal-proġett

Perjodu ta’ eliġibiltà tal-ispejjeż

1.

Koproduzzjoni

Il-kuntratt ta’ koproduzzjoni jista’ jiġi ffirmat mhux qabel l-1.10.2012

Fi żmien 3 xhur mill-firma tal-kuntratt ta’ koproduzzjoni u mhux aktar tard mill-1.10.2013

Mill-1.10.2012 sal-1.4.2015

2.

Garanzija Minima

Il-kuntratt ta’ koproduzzjoni jista’ jiġi ffirmat mhux qabel l-1.10.2012

Fi żmien 3 xhur mill-firma tal-kuntratt ta’ distribuzzjoni/ftehim ta’ kiri (Memo tal-Ftehim u l-Qbil fil-forma uffiċjali huma aċċettati t-tnejn) u mhux aktar tard mill-1.10.2013

Mill-1.10.2012 sal-1.4.2015

3.

Spejjeż ta’ P&A

L-ewwel wiri tal-film fit-teatri fit-territorju jista’ jsir mhux qabel l-1.10.2012 u mhux wara l-1.10.2014

Mhux aktar tard mill-jum tal-ewwel wiri teatrali tal-fil fit-territorju u mhux aktar tard mill-1.10.2013

Mill-1.4.2012 sal-1.10.2015

4.   Kriterji ta’ Aġġudikazzjoni

Fond potenzjali ser jiġi attribwit għall-kumpaniji Ewropej eliġibbli ta’ distribuzzjoni abbażi tal-ammissjonijiet miksuba mid-distribuzzjoni ta’ films Ewropej nonnazzjonali mill-applikat fis-sena ta’ referenza (2011).

Il-Fond potenzjali ser jiġi kkalkulat abbażi ta' ammont fiss għal kull entratura eliġibbli. Kemm-il darba fl-ambitu ta’ din is-sejħa għall-proposti, is-somma tal-fondi ġġenerati taqbeż l-20 M EUR, kull fond potenziali jitnaqqas proporzjonalment. Dan it-tnaqqis mhuwiex se jwassal biex ibaxxi l-ammont tal-fond potenzjali taħt il-limiti minimi ta’ disponibbiltà indikati fil-Linji Gwida.

Is-sostenn ser jieħu l-forma ta’ Fond potenzjali (il-“Fond”) li ser ikun disponibbli għad-distributuri għal iktar investimenti f’films Ewropej nonnazzjonali.

Il-Fond jista’ jiġi investit mill-ġdid:

(1)

Fil-produzzjoni ta’ films Ewropej nonnazzjonali (jiġifieri films li għadhom ma tlestewx fil-jum tal-applikazzjoni għal investiment mill-ġdid);

(2)

Fil-laqgħa tal-Garanziji Minimi tad-Distribuzzjoni għal films Ewropej nonnazzjonali;

(3)

Fil-laqgħa tal-ispejjeż tad-distribuzzjoni jiġifieri l-P&A (promozzjoni u reklamar) għal films Ewropej nonnazzjonali.

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 18 977 675.

Il-kontribut finanzjarju jingħata bħala sussidju. L-appoġġ finanzjarju mill-Kummissjoni ma jistax jaqbeż l-40 %, il-50 % jew is-60 % tal-ispejjeż totali eliġibbli. M'hemmx ammont massimu.

L-Aġenzija tirriserva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

6.   Data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

Il-proposti għall-“ġenerazzjoni” ta’ Fond potenzjali għandhom jintbagħtu (data tat-timbru tal-posta) sat-30 ta’ April 2012.

Il-proposti għall-“riinvestiment” tal-Fond potenzjali għandhom jintbagħtu (data tat-timbru tal-posta) sal-iskadenza stipulata għal kull modulu fit-tabella ta’ hawn fuq, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2013.

Il-proposti għandhom jintbagħtu f’dan l-indirizz:

Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)

Mr Constantin DASKALAKIS

BOUR 3/66

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Il-formoli tal-applikazzjoni uffiċjali għandhom jiġu użati u ffirmati mill-persuna li tkun intitolata tidħol f’impenji vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni applikanta.

Il-pakkett tal-applikazzjoni li jinkludi l-formoli tal-applikazzjoni u l-annessi, kif spjegat fil-linji gwida, għandu jindika b’mod ċar:

MEDIA Programme — Distribution EACEA/7/12 — Automatic cinema

Applikazzjonijiet mibgħuta b’fax jew email mhux ser jiġu milqugħa.

7.   Dettalji kollha

It-test sħiħ tal-linji gwida flimkien mal-formoli tal-applikazzjoni, jistgħu jiġu kkonsultati fl-indirizz elettroniku li ġej:

http://ec.europa.eu/culture/media/programme/distrib/schemes/auto/index_en.htm

L-applikazzjonijiet iridu jkunu komformi mat-termini tal-linji gwida, sottomessi fuq formoli pprovduti u jkun fihom l-informazzjoni u l-annessi kollha msemmija fit-test sħiħ tas-sejħa.


(1)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.


Top