Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/015/06

Sejħa għal proposti skont il-programm ta' ħidma “Nies” tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

ĠU C 15, 18.1.2012, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/8


Sejħa għal proposti skont il-programm ta' ħidma “Nies” tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

2012/C 15/06

B'dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta' sejħa għall-proposti skont il-programm ta' ħidma “Nies” tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għall-Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013).

Qed jintalbu proposti għas-sejħa li ġejja rigward kooperazzjoni transnazzjonali fost il-Membri EURAXESS dwar suġġetti relatati mal-Unjoni tal-Innovazzjoni. L-iskadenza u l-baġit għas-sejħa jinsabu fit-test tas-sejħa, li ġiet ippubblikata fuq il-websajt CORDIS.

Il-Programm Speċifiku Nies:

Referenza tas-sejħa:

FP7-PEOPLE-2012-EURAXESS-IU

Din is-sejħa għall-proposti hija marbuta mal-programm ta' ħidma adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 5033, tad-19 ta' Lulju 2011.

Tagħrif dwar il-modalitajiet tas-sejħa, il-programm ta' ħidma, u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jiġu sottomessi l-proposti huwa disponibbli permezz tal-websajt CORDIS http://cordis.europa.eu/fp7/calls/


Top