Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/346/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6399 – DBH/DPV/RM/Pubbles) – Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 346, 26.11.2011, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/18


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6399 – DBH/DPV/RM/Pubbles)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 346/10

1.

Fil-15 ta’ Novembru 2011 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha DBH buch Handels GmbH & Co. KG (il-Ġermanja), ikkontrollata minn Verlagsgruppe Weltbild GmbH u Heinrich Hugendubel Beteiligungs GmbH & Co. KG, u Reinhard Mohn GmbH (il-Ġermanja) u DPV Deutscher Pressevertrieb GmbH (il-Ġermanja), t-tnejn ikkontrollati minn Bertelsmann AG, jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Pubbles GmbH & Co. KG (il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

DPV Deutscher Pressevertrieb GmbH hija fornitur tas-servizz tas-suq għal kull tip ta’ midja, inklużi l-aspetti kollha ta' kummerċjalizzazzjoni diretta u bl-imnut, loġistika tal-istampa, bejgħ internazzjonali tal-midja u kummerċjalizzazzjoni diġitali ta’ prodotti tal-midja,

Reinhard Mohn GmbH hija kumpanija holding mhux operattiva għal diversi sussidjarji tal-Bertelsmann AG, partikolarment sussidjarji domestiċi,

DBH Buch Handels GmbH & Co. KG tiġbor fiha l-attivitajiet tan-negozju tal-kartolerija tal-kumpaniji parent tagħha inkluż il-kummerċ tradizzjonali bl-imnut tal-kotba u l-bejgħ tal-kotba “b’sistema”, il-finanzjament ta’ iktar tkabbir u l-forniment ta’ servizzi individwali,

Pubbles hija pjattaforma bl-ingrossa u bl-imnut għall-prodotti tal-midja diġitali (e-books, gazzetti u rivisti).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b’emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta’ referenza COMP/M.6399 – DBH/DPV/RM/Pubbles, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top