Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/323/09

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6235 – Honeywell/Sinochem/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 323, 8.11.2011, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 323/11


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6235 – Honeywell/Sinochem/JV)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2011/C 323/09

    1.

    Fit-28 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Honeywell International Inc. (“Honeywell”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Sinochem Lantian Company Ltd. (“Sinochem Lantian”, iċ-Ċina) parti mill-Grupp Sinochem (iċ-Ċina) jakkwistaw skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (“JV”, iċ-Ċina) permezz tax-xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Honeywell: attiva fil-prodotti u s-servizzi ajruspazjali, soluzzjonijiet ta' awtomatizzazzjoni u ta’ kontroll, materjali speċjalizzati u sistemi tat-trasport u l-enerġija,

    għal Sinochem Lantian: attiva fir-R&Ż u l-produzzjoni tal-kimiċi, id-distribuzzjoni farmaċewtika, proġetti ta' inġinerija, il-produzzjoni tal-pestiċidi u l-iżvilupp tal-proprjetà immobbli. Sinochem Lantian hija parti mill-Grupp Sinochem, li għandu attivitajiet f’diversi setturi, inklużi l-kimiċi, l-enerġija, is-settur finanzjarju u s-settur tal-proprjetà immobbli,

    għal JV: il-manifattura tal-HFC-245fa, aġent tat-tneffiħ li jinbiegħ l-aktar għal skopijiet tal-insulazzjoni b’fowm poliuretan taċ-ċellola magħluqa. JV se tkun esklussivament attiva fl-Asja.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6235 – Honeywell/Sinochem/JV, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


    Top