Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/174/08

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6229 – PAG/Mitsui/AMT JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 174, 15.6.2011, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 174/13


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6229 – PAG/Mitsui/AMT JV)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2011/C 174/08

    1.

    Fl-1 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Mitsui & Co., Ltd. (“Mitsui”, il-Ġappun) u Penske Automotive Group, Inc. (“PAG”, l-Istati Uniti tal-Amerika, attwalment fil-kontroll konġunt ta’ Mitsui and Penske Corporation of USA) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' Company Alliance Motor Tyumen (“AMT”, ir-Russja) permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Mitsui: il-bejgħ, id-distribuzzjoni, ix-xiri, it-tqegħid fis-suq u l-forniment ta’ prodotti f’żoni ta’ negozju bħal: ħadid u azzar; metalli li ma fihomx ħadid; makkinarju; elettronika; kimiċi; komoditajiet relatati mal-enerġija; u servizzi relatati mal-ikel, il-bejgħ bl-imnut, l-istil tal-ħajja u l-konsumaturi, kif ukoll il-bejgħ ta’ vetturi b’magna u muturi, parts u aċċessorji ta’ vetturi b’magna u muturi, globalment,

    għal PAG: negozju tal-bejgħ bl-imnut tal-karozzi, il-bejgħ ta’ vetturi ġodda u użati, servizzi ta’ manutenzjoni u tiswijja, u l-bejgħ u t-tqegħid ta’ prodotti b’marġni għoli, bħal prodotti finanzjarji u ta’ assigurazzjoni terzjarja, kuntratti ta’ servizzi estiżi tal-parti terza u l-bdil u s-suq ta’ wara l-bejgħ ta’ prodotti tal-karozzi,

    għal Penske Corporation: kumpanija ta’ servizzi ta’ trasport li topera f’diversi segmenti, inkluż il-bejgħ bl-imnut tal-karozzi, il-kiri ta’ trakkijiet, il-loġistika tat-trasport, il-manifattura ta’ komponenti tat-trasport u motorsports professjonali,

    għal AMT: bejgħ, manutenzjoni u tiswija ta' vetturi bil-magna Lexus.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6229 – PAG/Mitsui/AMT JV, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


    Top