EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/068/04

Sejħa għal applikazzjonijiet 2011 – It-Tieni Programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa (2008-2013) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 68, 3.3.2011, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/5


Sejħa għal applikazzjonijiet 2011

It-Tieni Programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa (2008-2013)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 68/04

Illum qed tiġi mnedija s-sejħa għal applikazzjonijiet “Saħħa – 2011” fi ħdan il-qafas tat-Tieni Programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa (2008-2013) (1)

Din is-sejħa għal applikazzjonijiet tinkludi l-elementi li ġejjin:

Sejħa għal proposti għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għal azzjonijiet speċifiċi fil-forma ta’ proġetti

Sejħa għal proposti għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għal azzjonijiet speċifiċi fil-forma ta’ konferenzi

Sejħa għal proposti għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għat-tħaddim ta’ korpi mhux governattivi u netwerks speċjalizzati (għotjiet operanti)

Stedina lill-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti għas-sottomissjoni ta’ azzjonijiet konġunti

L-iskadenza għal sottomissjonijiet tal-proposti taħt kull sejħa hija is-27 ta’ Mejju 2011.

L-informazzjoni kollha, inkluża d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 Frar 2011 dwar l-adozzjoni tal-pjan ħidma għall-2011 għall-implimentazzjoni tat-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), u dwar l-għażla, l-għoti u kriterji oħra għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-azzjonijiet ta’ dan il-programm (2), huma disponibbli fuq is-sit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/eahc


(1)  Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi t-Tieni Programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), (ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3).

(2)  ĠU C 69, 3.3.2011, p. 1.


Top