EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/006/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6088 – HIG Capital/Der Grune Punkt — Duales System Deutschland) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 6, 11.1.2011, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6088 – HIG Capital/Der Grune Punkt — Duales System Deutschland)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 6/06

1.

Fit-3 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha H.I.G. Luxembourg Holdings Thirteen S.C.A. (“H.I.G. Il-Lussemburgu”), finalment ikkontrollata minn H.I.G. Europe Capital Partners, L.P. (“H.I.G. Europe Capital”), parti mill grupp ta’ fondi ta' H.I.G. Capital (“H.I.G. Capital”), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku indirett ta’ Der Grüne Punkt — Duales System Deutschland GmbH u s-sussidjarji tagħha (“DSD”) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal H.I.G. Il-Lussemburgu: entità b'għan speċjali maħluqa għall-għanijiet tat-tranżazzjoni proposta,

għal H.I.G. Capital: kumpanija ta’ investiment privat globali b’fondi f’ekwità privata, kapital ta’ riskju, dejn eżawrit (distressed debt), propjetà immobbli u ekwitajiet pubbliċi,

għal DSD: fornitur ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-iskart fil-Ġermanja. DSD tipprovdi servizzi għal, inter alia, bejjiegħa bl-imnut u manifatturi tal-ippakkjar li huma obbligati li jipparteċipaw f’sistema doppja sabiex jiżguraw li l-ippakkjar mibjugħ fil-bejgħ jittieħed lura u jiġi riċiklat kif suppost. DSD tipprovdi wkoll sistemi ta’ teħid lura għar-riċiklaġġ ta’ tagħmir elettriku u elettroniku użat, u għal pakketti ta’ trasport. Barra minn hekk, din toffri servizzi ta’ faċilità ta’ rimi ta’ skart għal tipi oħra ta’ skemi ta’ żgombru ta’ skart u depożitu għal fillers u kumpaniji ta’ bejjiegħa bl-imnut.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6088 – HIG Capital/Der Grune Punkt — Duales System Deutschland, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top