Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/302/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5932 – News Corp/BSkyB) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 302, 9.11.2010, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5932 – News Corp/BSkyB)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 302/10

1.

Fit-3 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża News Corporation (“News Corp”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża British Sky Broadcasting Group plc. (“BSkyB”, RU) permezz ta' offerta pubblika.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal News Corp: kumpanija tal-medja globali u diversifikata attiva fil-produzzjoni ta' divertiment iffilmjat, programmi televiżivi, gazzetti u servizzi ta' informazzjoni, pubblikazzjoni ta' kotba u attivitajiet oħra bħall-pubbliċità fuq barra,

għall-BSkyB: provvista bl-ingrossa ta' stazzjonijiet tat-TV, distribuzzjoni bl-imnut ta' stazzjonijiet tat-TV bi ħlas, disponibilità ta' servizzi tekniċi għat-TV bi ħlas, pubbliċità u servizzi oħra bħad-disponibilità ta' telefonija bl-imnut u servizzi broadband.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5932 – News Corp/BSkyB, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top