EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/290/06

Sejħa għall-proposti 2011 – EAC/49/10 – Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (PTĦ)

ĠU C 290, 27.10.2010, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 290/13


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI 2011 – EAC/49/10

Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (PTĦ)

2010/C 290/06

1.   Objettivi u deskrizzjoni

Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja li ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-15 ta' Novembru 2006 (id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE) (1). Il-programm ikopri l-perjodu bejn l-2007 u l-2013. L-objettivi speċifiċi tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja huma elenkati fl-Artikolu 1.3 tad-Deċiżjoni.

2.   Eliġibbiltà

Il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja japplika għat-tipi u għal-livelli kollha ta' edukazzjoni u ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, u huwa aċċessibbli għall-entitajiet kollha elenkati fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni.

L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed mill-pajjiżi li ġejjin (2):

is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea,

Il-pajjiżi taż-ŻEE/EFTA: l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera (3)

Il-pajjiżi kandidati: il-Kroazja (4), it-Turkija.

Skont l-Artikolu 14(2) tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-PTĦ, il-proġetti u netwerks multilaterali taħt Comenius, Erasmus, Leonardo da Vinci, Grundtvig u l-attivitajiet ewlenin tal-Programm Trasversali huma miftuħa wkoll għal sħab minn pajjiżi terzi li ma jkunux qegħdin diġà jipparteċipaw fil-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja abbażi tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni. Jekk jogħġbok irreferi għall-Gwida PTĦ 2011 għad-dettalji tal-azzjonijiet ikkonċernati u l-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.

3.   Baġit u tul tal-proġetti

Il-baġit totali ppjanat għal din is-sejħa huwa stmat li se jkun EUR 1 065 miljun.

Il-livell ta' għotjiet mogħtija kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarjaw skont fatturi bħalma huma t-tip ta' proġett u l-għadd ta' pajjiżi involuti.

4.   L-Iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet

L-iskadenzi ewlenin huma kif ġej:

Comenius, Grundtvig: Taħriġ fuq il-post tax-xogħol

l-ewwel skadenza

:

l-14 ta' Jannar 2011

Skadenzi oħrajn

:

id-29 ta' April 2011

is-16 ta' Settembru 2011

Assistentati għal Comenius

il-31 ta' Jannar 2011

Leonardo da Vinci: Mobbiltà (inkluż iċ-ċertifikat ta' mobbiltà ta' Leonardo da Vinci);

Erasmus: Korsijiet Intensivi tal-Lingwa (EILC)

l-4 ta' Frar 2011

Il-Programm Jean Monnet

il-15 ta' Frar 2011

Comenius, Leonardo da Vinci, Grundtvig: Partenarjati;

Comenius: Il-Partenarjati Comenius Regio; Grundtvig: Workshops

il-21 ta' Frar 2011

Comenius, Erasmus, Leonardo da Vinci, Grundtvig: Proġetti multilaterali, Netwerks u Miżuri li jakkumpanjawhom

it-28 ta' Frar 2011

Leonardo da Vinci: Proġetti multilaterali għat-Trasferiment tal-Innovazzjoni

it-28 ta' Frar 2011

Erasmus: Programmi Intensivi (IP), Mobbiltà tal-istudenti għall-istudji u placements (inkluż iċ-ċertifikat ta' placements tal-konsorzju ta' Erasmus) u l-Mobbiltà tal-istaff (inkarigi ta' tagħlim u taħriġ tal-istaff)

il-11 ta' Marzu 2011

Grundtvig: Assistentati, Proġetti ta' Volontarjat mal-Anzjani

il-31 ta' Marzu 2011

Programm Trasversali: L-attività prinċipali Nru 1 – Żjarat ta' studju

l-ewwel skadenza

:

il-31 ta' Marzu 2011

it-tieni skadenza

:

l-14 ta' Ottubru 2011

Programm Trasversali: l-attivitajiet l-oħrajn kollha

il-31 ta' Marzu 2011

Għaż-Żjarat u l-Iskambji ta' Grundtvig u għaż-Żjarat Preparatorji taħt il-programmi settorjali kollha hemm dati ta’ skandenza diversi speċifiċi għal kull pajjiż. Jekk jogħġbok irreferi għal-websajt tal-Aġenzija Nazzjonali rilevanti f'pajjiżek.

5.   Id-dettalji kollha

It-test sħiħ tas-“Sejħa Ġenerali tal-PTĦ għall-proposti 2011-2013 – Prijoritajiet tal-Istrateġija”, flimkien mal-“Gwida tal-Programm tal-PTĦ tal-2011” u l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-formoli tal-applikazzjoni jinsabu f'dan l-indirizz tal-internet: http://ec.europa.eu/education/llp/doc848_en.htm

L-applikazzjonijiet iridu jirrispettaw it-termini kollha tat-test sħiħ tas-Sejħa u tal-Gwida tal-Programm tal-PTĦ, u jitressqu fuq il-formoli t-tajbin li huma pprovduti.


(1)  Id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45) http://eur-lex.europa.eu/lex/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2006:327:0045:0068:EN:PDF u d-Deċiżjoni Nru 1357/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 56): http://eur-lex.europa.eu/lex/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2008:350:0056:0057:EN:PDF

(2)  Ħlief għall-programm Jean Monnet li hu miftuħ għall-istituzzjonijiet edukattivi ogħla mad-dinja kollha.

(3)  Għas-sena akkademika 2011-2012 u kemm-il darba l-istadji formali għall-parteċipazzjoni jkunu kompluti fil-ħin.

(4)  Kemm-il darba l-istadji formali għall-parteċipazzjoni jkunu kompluti fil-ħin.


Top