Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/205/09

    Sejħa għall-Proposti – EAC/42/10 – Netwerk tal-Politiki Ewropej dwar it-Tmexxija tal-Iskejjel

    ĠU C 205, 29.7.2010, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/13


    Sejħa għall-Proposti – EAC/42/10

    Netwerk tal-Politiki Ewropej dwar it-Tmexxija tal-Iskejjel

    2010/C 205/09

    1.   Għanijiet u Deskrizzjoni

    Din is-sejħa għall-Proposti se ssostni l-implimentazzjoni tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Edukazzjoni ta’ Novembru 2007, 2008 u 2009 li qabel li jtejjeb il-mod kif jitħejjew, jintgħażlu, jiġu edukati u jitħarrġu l-Mexxejja tal-Iskejjel. Hija sejra tagħmel dan billi tiffaċilita l-iskambju u l-kooperazzjoni transnazzjonali bejn dawk li jfasslu l-politika, il-prattikanti, ir-riċerkaturi u l-partijiet interessati involuti fl-iżvilupp tal-politika ta’ tmexxija tal-iskejjel permezz ta’, pereżempju, it-tagħlim bejn il-pari, ir-riċerka u l-analiżi.

    2.   L-applikanti eliġibbli

    Din is-Sejħa għall-Proposti hija miftuħa għall-organizzazzjonijiet indipendenti pubbliċi jew privati b’personalità legali li għandhom uffiċċju rreġistrat f’wieħed mill-pajjiżi li qegħdin jieħdu sehem fil-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja

    3.   Baġit u tul ta' żmien

    Il-Qafas ta' Ftehim ser idum erba’ snin; mill-2011 sal-2014. Twarrab baġit ta’ EUR 500 000 għall-2011.

    4.   Data tal-għeluq

    15 ta' Ottubru 2010

    5.   Aktar Tagħrif

    It-test sħiħ tas-Sejħa għall-Proposti u l-formoli tal-applikazzjoni huma disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fil-websajt li ġejja:

    http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/calls/grants_en.html

    L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-test sħiħ u għandhom jitressqu permezz tal-formola pprovduta.


    Top