EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/191/07

Sejħa għal proposti 2010 għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-operat tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-konsumatur li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumatur fl-iżvilupp ta’ standards għal prodotti u servizzi fil-livell tal-Unjoni Ewropea. (L-Azzjoni 6 tad-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007–2013)) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 191, 15.7.2010, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/9


Sejħa għal proposti 2010 għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-operat tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-konsumatur li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumatur fl-iżvilupp ta’ standards għal prodotti u servizzi fil-livell tal-Unjoni Ewropea

(L-Azzjoni 6 tad-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007–2013))

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 191/07

1.

F’konformità mal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE, fil-21 ta’ Diċembru 2009 l-Kummissjoni Ewropea adottat il-programm ta’ ħidma annwali fil-qasam tal-politika tal-konsumatur għall-2010. Il-Programm ta’ Ħidma jinkludi aktar informazzjoni dwar l-objettivi, il-prijoritajiet, il-baġit indikattiv u t-tipi ta’ azzjonijiet u r-regoli ta’ eliġibbiltà biex issir applikazzjoni għal għotja mill-Unjoni Ewropea skont il-Progrmm tal-Konsumatur. http://ec.europa.eu/eahc/consumers/Dan id-dokument huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (EAHC) taħt http://ec.europa.eu/eahc/consumers

2.

B’mod partikolari s-sejħa attwali għal proposti għandha l-għan li tipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji – fil-forma ta’ għotjiet operattivi – għall-operat tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-konsumatur li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumatur fl-iżvilupp ta’ standards għal prodotti u servizzi fil-livell tal-Unjoni Ewropea permezz tal-konklużjoni ta’ ftehimiet qafas ta’ sħubija għal erba’ snin – li jkopru s-snin operattivi 2011, 2012, 2013 u 2014 – b’hekk tiġi stabbilita kooperazzjoni fit-tul (sħubiji) bejn l-Aġenzija u l-imsieħba magħżulin.

3.

It-test sħiħ tas-sejħa għal proposti u dokumenti relatati huma disponibbli fuq il-websajt tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi taħt http://ec.europa.eu/eahc/consumers/consumers_calls.html


Top